YouVersion Logo
Search Icon

2 TESSALONIKIN 2

2
Kapitlu 2
Meta jidher il-Mulej
1L-aħwa, għal dak li għandu x’jaqsam mal-miġja ta’ Sidna Ġesù Kristu u l-ġemgħa tagħna biex ningħaqdu miegħu,#1 Tess 4,13-17. 2nitolbukom biex ma toqogħdux tħawdu raskom malajr u tinħasdu bħallikieku l-miġja ta’ jum il-Mulej qorbot, u la jekk tkunu mnebbħin mill-ispirtu u lanqas jekk tisimgħu xi kelma jew taqraw xi ittra taparsi mingħandna. 3Tħallux ’il min iqarraq bikom, b’ebda mod! L-aħħar jum ma jkunx magħna qabel ma tkun seħħet ir-rewwixta u jinkixef il-Bniedem tad-dnub, ikkundannat għat-telfien;#Ġw 17,12; 1 Tim 4,1. 4hu li jqum u jintrafa’ fuq kulma jġib l-isem ta’ Alla jew kulma hu miqjum mill-bnedmin, sabiex hu stess joqgħod bilqiegħda fit-tempju ta’ Alla u jsejjaħ lilu nnifsu Alla.#Eżek 28,2; Dan 11,36. 5Ma tiftakrux li dan kollu kont ngħidhulkom meta kont fostkom? 6U issa intom tafu x’qiegħed iżomm li dan ma jseħħx#2,6: X’qiegħed iżomm li dan ma jseħħx: l-Appostlu ma jgħidx sewwa x’qiegħed iżomm li d-dehra tal-Antikrist, il-Bniedem tad-Dnub, isseħħ għalissa. għalissa qabel żmienu. 7Tassew li l-misteru tal-ħażen ġa qiegħed jaħdem, imma kulma għandu jiġri ma jiġrix qabel ma jkun twarrab min-nofs dak li issa qiegħed irażżnu. 8Imbagħad jinkixef il-Ħażin, u l-Mulej Ġesù joqtlu b’nifs fommu u jeqirdu bid-dija tal-preżenza tiegħu.#Ġob 4,9; Is 11,4.
9Il-Ħażin għad jiġi bil-qawwa tax-Xitan, u jagħmel kull xorta ta’ mirakli u sinjali u għeġubijiet foloz,#Mt 24,24; Apk 13,11-13. 10u jinqeda b’kull xorta ta’ qerq u ħażen fuq dawk li huma kkundannati għall-qerda għax ma ħabbewx u ma laqgħux il-verità biex isalvaw.
11Għalhekk Alla qed jibagħtilhom kontrihom qawwa qarrieqa biex jemmnu l-gideb,#2 Tim 4,4. 12ħalli b’hekk dawk kollha li ma jemmnux il-verità, imma jogħġobhom il-ħażen, ikunu kkundannati.
Il-maħturin għas-salvazzjoni
13Aħna għandna niżżu ħajr dejjem ’l Alla minħabba fikom, l-aħwa maħbubin mill-Mulej, għaliex Alla għażilkom biex tkunu l-ewwel frott tal-fidwa bil-qdusija tal-Ispirtu s-Santu u l-fidi fil-verità.#Dt 33,12; Ġw 15,16; Ef 1,4; 1 Tess 1,2; 2 Tess 1,3. #1 Tess 4,7; 5,9. 14Għal dan Alla sejħilkom permezz tal-Evanġelju tagħna, biex ikollkom sehem fil-glorja ta’ Ġesù Kristu. 15Mela, l-aħwa, żommu ruħkom wieqfa u sħaħ fit-tradizzjonijiet li intom tgħallimtu sew bil-kelma sew bl-ittra tagħna. 16Sidna Ġesù Kristu stess u Alla Missierna, li ħabbna u tana l-kuraġġ ta’ dejjem u t-tama sħiħa bil-grazzja, 17jqawwilkom qalbkom u jsaħħaħkom f’kull għemil u kelma tajba.

Currently Selected:

2 TESSALONIKIN 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in