YouVersion Logo
Search Icon

2 MAKKABIN 14

14
Kapitlu 14
L-għawi ta’ Alċimu (161 QK)
1Tliet snin wara#14,1: Tliet snin wara: 166 QK. Demetriju I Soter, bin Selewku IV, niżel fi Tripli fil-Libanu fis-sena 162-161 QK; ara 1 Mak 7,1-7. waslet l-aħbar għand in-nies ta’ Ġuda li Demetriju bin Selewku niżel fil-port ta’ Tripli b’eżerċtu qawwi u iġfna,#1 Mak 7,1-21. 2u ħa f’idejh il-pajjiż, u ħeles minn Antijoku u Lisja, it-tutur tiegħu.
3Kien hemm wieħed jismu Alċimu, li qabel kien laħaq qassis il-kbir, iżda li kien tniġġes minn rajh fi żmien ir-rewwixta; meta fehem li ma kien baqagħlu ebda mezz ta’ ħelsien u anqas triq miftuħa għall-artal imqaddes, 4mar għand is-sultan Demetriju għall-ħabta tas-sena 151, u ħadlu kuruna tad-deheb, palma, u magħhom friegħi taż-żebbuġ minn dawk li soltu joffru fit-tempju, u dakinhar ma għamel xejn iżjed.
5Imma fl-aħħar sab iż-żmien jgħinu fil-ġenn tiegħu. Meta Demetriju sejjaħlu għal-laqgħa tal-Kunsill u stħarrġu x’kienu jħossu u jaħsbu l-Lhud, hu wieġeb: 6“Il-Lhud, li jgħidulhom il-Ħasidin, b’kap tagħhom Ġuda l-Makkabi, qegħdin iqanqlu l-gwerer u jxewxu; is-saltna ma tistax issib kwiet bihom.#1 Mak 2,42; 7,13. 7Ngħid għalija serquni mill-ġieħ ta’ missirijieti, jiġifieri mid-dinjità ta’ qassis il-kbir, għalhekk ġejt hawnhekk,#1 Mak 7,14. 8qabel xejn imqanqal mill-ħeġġa sinċiera li għandi għall-ġid tas-sultan, u t-tieni, imbagħad, biex infittex il-ġid ta’ nies pajjiżna, għax minħabba l-ġenn ta’ dawn in-nies li semmejtlek, il-poplu kollu tiegħi qiegħed ibati mhux ftit. 9Jalla tistħarreġ dan kollu ħaġa ħaġa, o sultan, u mbagħad taħseb fil-pajjiż u l-poplu tagħna magħfus minn kullimkien, skont kif jixraq lill-ħlewwa u t-tjieba li għandek ma’ kulħadd. 10Għaliex sakemm jibqa’ ħaj Ġuda, ma jistax ikun li s-saltna jkollha s-sliem.”
11Malli temm dan il-kliem, il-ħbieb l-oħra li kellhom għal Ġuda malajr komplew saħħnu lil Demetriju.#1 Mak 2,18. 12Dak il-ħin stess għażel lil Nikanor, li qabel kien kmandant tat-taqsima bl-iljunfanti, għamlu ġeneral għal-Lhudija, u bagħtu#1 Mak 3,38-39; 7,26; 2 Mak 8,9. 13bl-ordni li jeqred lil Ġuda, ixerred lil niesu, u jqiegħed lil Alċimu qassis il-kbir fl-aqwa tempju. 14Imbagħad il-Ġentili li kienu ħarbu mil-Lhudija minħabba Ġuda, marru bil-ġmiegħi tagħhom ma’ Nikanor, għax kienu jaħsbu li l-iżventuri u l-ħsarat tal-Lhud se jkunu ta’ ġid għalihom.
15Malli l-Lhud semgħu bl-avanzata ta’ Nikanor u r-rewwixta tal-Ġentili, xeħtu t-trab fuq rashom, bdew jitolbu lil Dak li waqqaf il-poplu tiegħu għal dejjem, u li bid-dieher dejjem ħares il-wirt tiegħu.#1 Mak 7,26-32. 16Mal-ordni tal-kap tagħhom iċċaqalqu minn hemm u ġew fl-idejn mal-għadu ħdejn ir-raħal ta’ Dessaw. 17Xmun, ħu Ġuda, kien jissielet ma’ Nikanor, imma minħabba li tfaċċa l-għadu għal għarrieda mar xi ftit minn taħt.#1 Mak 7,31. 18B’danakollu, malli Nikanor sama’ bil-qlubija li kellhom Ġuda u n-nies ta’ madwaru u b’liema kuraġġ kienu jitqabdu għal art twelidhom, beża’ jaqta’ l-kwistjoni bit-tixrid tad-demm. 19Għalhekk bagħat lil Posidonju, Teodotu u Mattatija biex jittrattaw għall-paċi u jieħdu b’idejn xulxin. 20Wara li sar ħafna stħarriġ fuq dan, il-kmandant għarraf lill-kotra u deher li kulħadd kien jaqbel, u aċċettaw li jiftiehmu. 21Iffissaw il-jum li fih kellhom jiltaqgħu l-kapijiet weħidhom. Ġie karru minn kull naħa u qiegħdu siġġijiet għalihom. 22Ġuda kien ħalla nies armati f’postijiet strateġiċi, li ma jmurx l-għadu jqarraq bih u jieħdu għal għarrieda; imma t-taħditiet bejniethom marru tajjeb.
23Nikanor baqa’ Ġerusalemm bla ma għamel xejn ħażin, u l-kotra tan-nies li nġabru bi ħġarhom bagħathom lura. 24Lil Ġuda mbagħad żammu dejjem qrib tiegħu għax tassew inġibed lejh. 25Ħajru jiżżewweġ u jnissel l-ulied; u hu żżewweġ, strieħ, u għex fis-sliem.
26Alċimu, malli ntebaħ bil-ħbiberija ta’ bejniethom u kiseb kopja tal-pattijiet li kienu saru, mar għand Demetriju u qallu li Nikanor kien qiegħed jaħdem kontra l-interessi tal-imperu, għaliex kien għażel lil Ġuda, traditur tas-saltna, b’suċċessur tiegħu. 27Is-sultan xegħel bil-korla u, imxewwex kif kien mill-akkużi foloz ta’ dan il-bniedem ħażin, kiteb lil Nikanor u qallu li ma jistax joqgħod għal dawn il-pattijiet, u ordnalu li jibgħat minnufih lill-Makkabi marbut priġunier lejn Antjokja. 28Malli waslulu dawn l-aħbarijiet, Nikanor tħawwad għax ħassha bi tqila li jikser dawn il-pattijiet ta’ ħbiberija, meta Ġuda ma kien jaħti xejn. 29Imma billi ma setax jeħodha kontra s-sultan, stenna l-waqt, biex itemm l-affari b’biċċa ħżunija.#1 Mak 7,29-38.
30Il-Makkabi, min-naħa tiegħu, induna li Nikanor kien qiegħed iġib ruħu iebes miegħu u ra li l-manjieri tiegħu fil-laqgħat tas-soltu saru żorri. Billi fehem li din l-imġiba ma kinitx tfisser ġid, ġabar mhux ftit min-nies ta’ madwaru u nħeba minn Nikanor. 31Malli dan induna li kien milgħub mill-għaqal ta’ Ġuda, mar fit-tempju, kbir u qaddis, waqt li l-qassisin kienu qegħdin joffru s-sagrifiċċji tas-soltu u ordnalhom li jagħtuh f’idejh lil dan il-bniedem. 32Ħalfulu u qalulu li ma kinux jafu fejn qiegħed ir-raġel li kien qiegħed ifittex; 33u hu mbagħad għolla idu lejn is-santwarju u ħalef: “Jekk ma tagħtunix ’il Ġuda marbut, inwitti din id-dar ta’ Alla u nħott l-artal, u ntalla’ tempju l-ġmiel tiegħu lil Dijonisju.”
34Kif qalilhom dan telaq. Imbagħad il-qassisin għollew idejhom lejn is-sema u talbu ’l Dak li dejjem deher jitqabad għall-poplu tagħna u bdew jgħidu: 35“Int, Sid li ma għandek bżonn xejn, għoġbok li jkollok tempju u għamara tiegħek fostna.#Atti 17,25. 36Issa Mulej, qaddis mimli b’kull qdusija, żomm għal dejjem safja din id-dar, imnaddfa ftit taż-żmien ilu.”
Il-mewt ta’ Rażis
37Kien hemm wieħed jismu Rażis, wieħed mill-anzjani ta’ Ġerusalemm, li xlewh quddiem Nikanor; kien bniedem li kien iħobb in-nies ta’ pajjiżu u kien stmat ħafna; kienu jgħidulu Missier il-Lhud, minħabba l-qalb tajba tiegħu. 38Fl-imgħoddi fi żmien ir-rewwixta kien imtalla’ l-qorti minħabba l-Ġudaiżmu u b’qalbu kollha ttarraf b’ruħu u ġismu għalih. 39Billi Nikanor ried juri l-odju li kellu għal-Lhud, bagħat ħames mitt suldat biex jaqbduh. 40Ħaseb li jekk jaqbad lil dan, ikun ta daqqa sewwa lill-oħrajn. 41It-truppi kien għoddhom ħadu t-torri f’idejhom u kienu diġà sfurzaw il-bieb tal-bitħa u ordnaw li jinġieb in-nar u jqabbdu l-bibien, meta Rażis, kif kien imdawwar minn kullimkien, daħħal is-sejf fih innifsu, 42għax ipprefera jmut ta’ qalbieni milli jiġi f’idejn dawk il-misħutin, u jkollu joqgħod għaż-żebliħ li ma kienx jixraq lin-nobbiltà tiegħu.#1 Sam 31,4. 43Imma billi f’dik l-għaġla u l-fixla ma tax id-daqqa sewwa, u s-suldati kienu deħlin mill-bibien, mar jiġri b’saħħtu għal fuq is-sur u ntafa’ b’kuraġġ għal fuq il-folla. 44Minnufih warrbu lura u għamlu l-wisa’, u hu ġie fil-vojt f’nofshom. 45Kif kien għadu jieħu n-nifs, mixgħul u mgħaddab, qam bid-demm igelgel miegħu u, minkejja l-uġigħ tal-ġrieħi, mar jiġri minn nofs il-folla u tela’ fuq blata maqtugħa għad-dritt. 46Imbagħad, meta kien tilef demmu kollu, ħareġ imsarnu, qabadhom b’idejh it-tnejn u waddabhom għal fuq il-folla. Fl-istess ħin talab lil Sid il-ħajja u r-ruħ li jroddhomlu lura; u b’dan il-mod miet.#2 Mak 7,9-11.

Currently Selected:

2 MAKKABIN 14: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in