YouVersion Logo
Search Icon

1 TIMOTJU 2

2
Kapitlu 2
It-talb pubbliku
1Nitolbok l-ewwel nett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha;#Ef 6,18; Fil 4,6. 2għas-slaten, għal dawk kollha li għandhom xi awtorità, biex inkunu nistgħu ngħaddu ħajja fil-kwiet u fis-sliem, fit-tjieba u kif jixraq. 3Dan hu tajjeb u jogħġob lil Alla s-Salvatur tagħna,#1 Tim 1,1; 4,10. 4li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità.#Eżek 18,23; 2 Pt 3,9. 5Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesù,#Rum 3,29-30; 10,12; Lhud 12,24. 6li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd; u x-xhieda ta’ dan ngħatat f’waqtha.#Gal 1,4; 2,20; Tit 2,14. 7Hu għal dan li jien kont magħmul xandar u appostlu - qiegħed ngħid is-sewwa, m’iniex nigdeb - biex ngħallem lill-ġnus il-fidi u l-verità.#Atti 9,15; Gal 2,7-8; 1 Tim 1,11.
8Nixtieq li l-irġiel jitolbu kullimkien, jerfgħu ’l fuq idejn safja#2,8: Jerfgħu ’l fuq idejn safja: l-Iżraelin kienu jitolbu b’idejhom merfugħa ’l fuq; ara Eż 9,29; Lam 2,19. bla għadab u bla ġlied. 9Hekk ukoll nixtieq li n-nisa jiżżejnu bi lbies xieraq, bil-modestja u bl-għaqal, mhux b’xagħarhom midfur, anqas bid-deheb jew ġawhar jew ilbies lussuż,#1 Pt 3,3-5. 10imma bl-għemil it-tajjeb, kif jixraq lil nisa li jridu jkunu twajbin.#1 Tim 5,10. 11Il-mara għandha toqgħod titgħallem bil-kwiet u bl-umiltà kollha.#1 Kor 14,34. 12Ma nħalli qatt li mara tgħallem jew li taħkem fuq ir-raġel; hi għandha toqgħod fis-skiet. 13Għax Adam ġie magħmul l-ewwel, imbagħad Eva.#Ġen 1,27; 2,7-22; 1 Kor 11,8-9. 14U ma kienx Adam li safa mqarraq; kienet il-mara li, wara li kienet imqarrqa, waqgħet fil-ħtija.#Ġen 3,6-13; 2 Kor 11,3. 15Madankollu hi ssalva bil-maternità tagħha sakemm tibqa’ tgħix fil-fidi, fl-imħabba, fil-qdusija u fil-modestja.

Currently Selected:

1 TIMOTJU 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in