YouVersion Logo
Search Icon

1 PIETRU 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1San Pietru kiteb din l-ittra minn Ruma minn fejn ried jilħaq lill-insara mxerrda fl- Asja Minuri.#1,1: bil-Grieg fid-diaspora, kelma teknika biex tfisser il-Lhud imxerrda mad-dinja; hawn Pietru qiegħed jużaha għall-Knisja nisranija mxerrda mad-dinja kollha. bħala pellegrini f’Pontu, fil-Galazja, fil-Kappadoċja, fl-Asja u fil-Bitinja#1,1: F’Pontu, fil-Galazja, fil-Kappadoċja, fl-Asja u fil-Bitinja: ħames provinċji Rumani li kienu jiffurmaw l-Asja Minuri, illum it-Turkija.;#Ġak 1,1. 2magħżulin minn qabel skont il-ħsieb ta’ Alla l-Missier, imqaddsin bl-Ispirtu s-Santu, biex joqogħdu għall-kelma ta’ Ġesù Kristu u jkunu mraxxin b’demmu#1,2: U jkunu mraxxin b’demmu: Pietru juża kliem meħud mil-liturġija tat-Testment il-Qadim biex ifisser il-frott tal-mewt ta’ Ġesù Kristu; ara Eż 24,3-8; Lev 16,14-15.: lilkom grazzja u sliem bil-kotra.#Rum 8,29; 2 Tess 2,13; Lhud 12,24.
Tama ħajja
3Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li fil-ħniena kbira tiegħu raġa’ wilidna għal tama ħajja bil-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet#2 Kor 1,3. 4u għal wirt li la jitħassar, la jittabba’, u lanqas jinxef. Dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema 5għax intom tinsabu taħt il-ħarsien tal-qawwa ta’ Alla fil-fidi tagħkom li twassal għas-salvazzjoni li lesta biex tidher fl-aħħar taż-żminijiet.#Ġw 10,28; 17,11.
6Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi.#Ġak 1,2. 7Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb, biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja, u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu.#Ġob 23,10; S 66,10; Prov 17,3; Is 48,10; Żak 13,9; Mal 3,3; 1 Kor 3,13; Ġak 1,3. 8Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih, għad li issa m’intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifirħu b’ferħ glorjuż, li ma jistax jitfisser,#Ġw 20,29; 2 Kor 5,7. 9waqt li tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom, li hu s-salvazzjoni tagħkom.#Rum 6,22.
10Il-profeti, li ħabbru l-grazzja li kellha tingħata lilkom, stħarrġu u tkixxfu fuq din is-salvazzjoni;#Mt 13,17; Lq 10,24. 11huma kienu jitkixxfu l-mod u f’liema żmien kien qiegħed jaħseb l-Ispirtu ta’ Kristu, li kien fihom, meta kien jixhdilhom minn qabel it-tbatijiet ta’ Kristu u l-glorji tiegħu li kellhom jiġu warajhom.#S 22; Is 53; Lq 24,26. 12Lilhom kien mgħarraf li mhux għalihom infushom, imma għalikom, kien jiswa dak li huma kienu jħabbru, u li issa kien imxandar lilkom minn dawk li, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu mibgħut mis-sema, qegħdin jagħtukom l-Evanġelju. Dawn huma ħwejjeġ li l-anġli stess jixtiequ jifhmuhom sewwa.#Ef 3,10.
Sejħa għal ħajja qaddisa
13Għalhekk kunu mħażżmin fir-ruħ rażżnu lilkom infuskom f’kollox#1,13: Kunu mħażżmin fir-ruħ rażżnu lilkom infuskom f’kollox: l-antiki, irġiel u nisa, kienu jilbsu libsa twila; għalhekk qabel jibdew jivvjaġġaw jew jagħmlu xi ħaġa kienu jitħażżmu sewwa, biex ma jkollhomx xkiel. Hawn tfisser il-preparazzjoni spiritwali għall-miġja ta’ Ġesù Kristu.; ittamaw għalkollox fil-grazzja li għad tingħatalkom meta jidher Ġesù Kristu.#Lq 12,35; Ef 6,14.
14Bħala wlied ubbidjenti, tgħixux skont il-ġibdiet ta’ qabel, meta kontu għadkom tgħixu fl-injuranza tagħkom;#Rum 12,2; Ef 2,3; 4,17-18. 15iżda, bħalma qaddis hu dak li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha, 16għax hu miktub: “Kunu qaddisin, għax qaddis jien.”#Lev 11,44-45; 19,2; 20,7.
17Jekk intom issejħu Missier lil dak li, bla ma jħares lejn l-uċuħ, jagħmel ħaqq minn kulħadd skont l-għemil ta’ kull wieħed, għixu fil-biża’ ż-żmien tal-ħajja li qegħdin tgħaddu f’art barranija.#2 Kron 19,7; S 28,4; 62,12; 89,26; Prov 24,12; Sir 23,4; Is 59,18; 64,8; Ġer 3,19; 17,10; Mt 6,9; Lq 11,12; Atti 10,34; Rum 2,6-11; 1 Kor 3,8; 2 Kor 11,15; Gal 2,6; Ef 6,9; Kol 3,25; 2 Tim 4,14; Apk 2,23; 18,6; 20,13-14; 22,12. 18Kunu afu li intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu mingħand missirijietkom, mhux b’xi ħaġa li tintemm, bħalma hi l-fidda jew id-deheb, 19imma bid-demm għażiż ta’ Kristu, li kien bħal ħaruf bla għajb u bla tebgħa.#Atti 20,28; Lhud 9,12; 1 Pt 1,2. 20Hu kien ippredestinat sa minn qabel ma saret id-dinja, imma deher fl-aħħar taż-żminijiet minħabba fikom.#Atti 2,23; Ef 1,4. 21Bih intom temmnu f’Alla, li qajmu mill-imwiet u tah il-glorja; hekk il-fidi tagħkom hi wkoll tama f’Alla.#Ġw 14,6; Rum 4,24; 5,1-2; 10,9.
22Intom naddaftu rwieħkom billi qgħadtu għall-kelma tal-verità#1,22: Qgħadtu għall-kelma tal-verità: xi Mss jżidu permezz tal-Ispirtu. biex ikollkom l-imħabba sinċiera tal-aħwa; ħobbu ’l xulxin b’qalbkom kollha u bil-qawwa kollha.#Ġw 13,34; Rum 12,10. 23Ma twelidtux mill-ġdid minn nisel li jitħassar, imma minn nisel li ma jitħassarx, bis-saħħa tal-kelma ta’ Alla li tgħix u tibqa’ għal dejjem.#Ġw 1,13; Lhud 4,12. 24Għax
“Kull bniedem hu bħal ħaxix,
u l-glorja tiegħu kollha bħal ward ir-raba’;
il-ħaxix jinxef
u l-ward jaqa’, # Is 40,6-8; Ġak 1,10-11.
25 imma l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.”
Din hi l-kelma tal-Evanġelju li kien imxandar lilkom.

Currently Selected:

1 PIETRU 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy