1
EŻODU 13:21-22
Il-Bibbja
MB20
U l-Mulej binhar kien jimxi quddiemhom f’kolonna ta’ sħab biex jurihom it-triq u billejl f’kolonna tan-nar biex jagħtihom id-dawl, u b’hekk setgħu jimxu billejl u binhar. U l-kolonna tas-sħab binhar u l-kolonna tan-nar billejl ma kinitx tgħib minn quddiem il-poplu.
Compare
Explore EŻODU 13:21-22
2
EŻODU 13:17
Meta l-Fargħun ħalla l-poplu jitlaq, Alla ma għaddihomx mit-triq li taqsam l-art tal-Filistin, għalkemm kienet qrib. Alla qal: “Inkella l-poplu jindem malli jiltaqa’ ma’ taqbida, u jerġa’ lura lejn l-Eġittu.”
Explore EŻODU 13:17
3
EŻODU 13:18
Imma Alla dawwar il-poplu għat-triq fid-deżert lejn Baħar il-Qasab, u l-poplu ħareġ mill-art tal-Eġittu, u telgħu wlied Iżrael, imqassmin għall-ġlied, mill-art tal-Eġittu.
Explore EŻODU 13:18