EŻODU 13:21-22
EŻODU 13:21-22 MB20
U l-Mulej binhar kien jimxi quddiemhom f’kolonna ta’ sħab biex jurihom it-triq u billejl f’kolonna tan-nar biex jagħtihom id-dawl, u b’hekk setgħu jimxu billejl u binhar. U l-kolonna tas-sħab binhar u l-kolonna tan-nar billejl ma kinitx tgħib minn quddiem il-poplu.





