YouVersion Logo
Search Icon

FILEMON 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu, priġunier ta’ Kristu Ġesù u ħija Timotju lil Filemon seħibna l-għażiż fix-xogħol,#Ef 3,1; 4,1; Fil 1,7-13; Film 9. 2u lil oħtna Appja u lil Arkippu, suldat magħna, u lill-knisja li tinġabar f’darek:#Kol 4,17. 3Grazzja u sliem għalikom mingħand Alla Missierna u Ġesù Kristu#3: Ġesù Kristu: f’din l-ittra ta’ 25 vers l-isem Ġesù Kristu jidher għaxar darbiet..#Rum 1,7; Gal 1,3; Fil 1,2.
Imħabba u fidi
4Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi.#Rum 8,9. 5Jiena smajt bil-fidi li għandek fil-Mulej Ġesù u l-imħabba tiegħek għall-qaddisin. 6Nitlob li l-fidi li inti taqsam mal-oħrajn ikollha l-qawwa li twassal biex jingħaraf it-tajjeb kollu li hemm fina minħabba fi Kristu.#Fil 1,9; Kol 1,9. 7Jiena fraħt ħafna u qawwejt qalbi bl-imħabba li għandek; għaliex, ħija, il-qlub tal-qaddisin strieħu fik.#2 Kor 7,4.
Pawlu jaqbeż għal Oneżimu
8Għalhekk iktar milli nikkmandak tagħmel li jenħtieġ - kif nista’ nagħmel b’wiċċi minn quddiem fi Kristu - 9jiena nitolbok, f’isem l-imħabba; jiena, Pawlu, raġel xwejjaħ, u issa priġunier ta’ Kristu Ġesù,#Ef 3,1; 4,1; Fil 1,7-13; Film 1. 10qiegħed nitolbok bil-ħerqa għal ibni, li jiena nissilt fil-ktajjen, għal Oneżimu#10: Li jiena nissilt fil-ktajjen, għal Oneżimu: Oneżimu kien ilsir li ħarab lil sidu Filemon u mar għand Pawlu. Pawlu kkonvertieh u għammdu.,#1 Kor 4,15; Gal 4,19; Kol 4,9. 11dak li darba lilek ma kien jiswielek għal xejn, imma li issa jiswielna, kemm lili u kemm lilek. 12Jiena bgħatthulek lura, lilu, bħallikieku bgħattlek qalbi stess#12: Bħallikieku bgħattlek qalbi stess: Test ieħor Jien bgħatthulek, u int ilqgħu bħallikieku qalbi stess.. 13Xtaqt kieku żammejtu miegħi, biex, kif jien fil-ħabs għall-Evanġelju, idur bija minflokok hu. 14Iżda ma ridt nagħmel xejn mingħajr ma nara x’jidhirlek int, biex l-opra tajba tiegħek ma tkunx għamiltha bilfors, imma tkun ħierġa mill-qalb.#2 Kor 9,7; 1 Pt 5,2. 15Għandu mnejn li għalhekk hu telaq minn miegħek għal ftit, biex inti terġa’ tiksbu lura għal dejjem, 16mhux iktar bħala lsir, imma xi ħaġa iktar minn ilsir, bħala ħuk għażiż; għażiż fuq kollox għalija, imma kemm iktar għalik, skont id-dinja u skont il-Mulej.#1 Tim 6,2.
17Int mela, jekk inti qalb waħda miegħi, ilqgħu bħallikieku kont jien! 18Jekk naqsek f’xi ħaġa jew jekk għandu jagħtik, ixħet kollox fuqi. 19B’idi stess qiegħed nikteb: “Jiena, Pawlu, inħallsek” - biex ma ngħidlekx li inti stess taf lilek innifsek lili.#Gal 6,11; 2 Tess 3,17. 20Iva, ħija, nitolbok, agħmilli dan il-pjaċir minħabba fil-Mulej. Serraħli qalbi fi Kristu.
21Ktibtlek għax jiena żgur li int tisma’ minni, anzi jiena naf li se tagħmel aktar minn hekk. 22Fl-istess ħin ħejjili kamra, għaliex nittama li bis-saħħa tat-talb tagħkom nerġa’ ningħata lilkom.
L-aħħar tislijiet
23Iselli għalikom Epafra priġunier miegħi għal Kristu Ġesù;#Kol 1,7; 4,12. 24Marku, Aristarku, Dema, Luqa, sħabi fix-xogħol.#Atti 12,12-25; 13,13; 15,37-39; Kol 4,10-14; 2 Tim 4,10-11. 25Il-grazzja tal-Mulej Ġesù Kristu tkun magħkom.

Currently Selected:

FILEMON 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in