LEVITIKU 17
17
Kapitlu 17
Il-liġi tal-qdusija
1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: 2“Kellem lil Aron, u ’l uliedu, u lil ulied Iżrael kollha, u għidilhom: Dan hu li jordnalkom il-Mulej: 3Kull raġel minn dar Iżrael li joqtol gendus, nagħġa, jew mogħża, ġewwa jew barra l-kamp, 4u ma jġibhiex f’bieb it-tinda tal-laqgħa b’offerta lill-Mulej quddiem l-għamara tal-Mulej, ikun ħati tad-demm#17,4: Ikun ħati tad-demm: skont l-idea ta’ dak iż-żmien, fid-demm, imqar tal-bhejjem, hemm il-ħajja li ġejja minn Alla: Ġen 9,4. Għalhekk kull qtil kien ikkunsidrat bħala sagrifiċċju lil Alla. Sakemm kienu fid-deżert kellhom joqtlu l-annimali quddiem is-santwarju. Din il-liġi kienet modifikata meta bdew jgħammru f’Kangħan, billi minħabba l-bogħod ma setgħux imorru kull darba fis-santwarju: ara Dt 12,20-22., għax ikun xerred id-demm. Dan ir-raġel ikun maqtugħ mill-poplu tiegħu. 5Għalhekk ulied Iżrael għandhom iġibu l-vittmi tagħhom, li soltu joqtlu fir-raba’, u jeħduhom lill-Mulej quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa għand il-qassis, u joqtluhom u joffruhom b’sagrifiċċju tas-sliem lill-Mulej. 6U jxerred il-qassis id-demm fuq l-artal tal-Mulej, biswit il-bieb tat-tinda tal-laqgħa, u jaħraq ix-xaħam b’riħa tfuħ lill-Mulej. 7U ma joqtlux aktar il-vittmi u joffruhom lis-satiri#17,7: Joffruhom lis-satiri: l-ispirti li jingħad kienu jgħammru fid-deżert; kienu jimmaġinawhom nofshom bniedem u nofshom bodbod., li marru u żnew magħhom. Din tkun liġi għal dejjem għalihom u għal nisilhom.#Eż 34,15; Dt 32,17; 2 Kron 11,15; 1 Kor 10,20.
8“Għidilhom ukoll: Kull bniedem mid-dar ta’ Iżrael u mill-barranin, li jkunu joqogħdu f’nofskom, li jkun se joffri sagrifiċċju tal-ħruq jew xi sagrifiċċju ieħor, 9u ma jġibux quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa biex joffrih lill-Mulej, dan il-bniedem ikun maqtugħ mill-poplu tiegħu.
10“Kull bniedem mid-dar ta’ Iżrael, jew mill-barranin, li jkunu joqogħdu f’nofskom, li jieklu kull xorta ta’ demm, jien indawwar wiċċi kontra tiegħu għax ikun kiel id-demm, u naqtgħu minn nofs il-poplu tiegħu.#Lev 3,17; 7,26-27; 19,26. 11Għax ħajjet il-laħam hi fid-demm, u jien tajthulkom għal fuq l-artal biex tagħmlu bih l-espjazzjoni għalikom#17,11: Biex tagħmlu bih l-espjazzjoni għalikom: Is-sagrifiċċju tal-annimali kien simbolu jew figura tal-offerta tal-ħajja tal-bniedem, jew, aħjar, il-qerda tal-ħajja tal-midneb. Il-midneb ma jistħoqqlux ħlief il-mewt. Dan hu simboleġġjat bil-qtil tal-annimali u ċ-ċarċir ta’ demmhom fuq l-artal.. Għaliex bid-demm, li hu l-ħajja, issir l-espjazzjoni.#Ġen 9,4; Lhud 9,7. 12Għalhekk għedt lil ulied Iżrael: ‘Ħadd minn fostkom ma għandu jiekol id-demm; u anqas il-barrani li jkun jgħammar f’nofskom ma għandu jieklu d-demm.’
13“Kull wieħed minn ulied Iżrael u kull barrani li jgħammar f’nofskom, li jmur għall-kaċċa u jaqbad xi bhima selvaġġa jew tajra li tista’ tittiekel, għandu jxerred demmha u jgħattih bit-trab;#Dt 12,16. 14għaliex il-ħajja tal-laħam hi fid-demm li hemm fih; għalhekk għedt lil ulied Iżrael: ‘La tiklux id-demm ta’ ebda laħam; għax il-ħajja ta’ kull laħam hi f’demmu u min jiekol minnu jinqata’ ’l barra.’#Lev 7,26-27.
15“Kull bniedem, sew tal-post sew barrani, li jiekol minn bhima mejta jew żbranata, għandu jaħsel ħwejġu u jinħasel bl-ilma, u jibqa’ mniġġes sa filgħaxija; u mbagħad ikun nadif.#Eż 22,30; Lev 11,39-40; 22,8; Dt 14,21; Eżek 4,14. 16U jekk ma jaħsilx ħwejġu, u ma jinħasilx, ikun ħati ta’ ħżunitu.”
Currently Selected:
LEVITIKU 17: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: