ĠOB 42
42
Kapitlu 42
Ġob iraġġa’ lura kliemu
1Ġob wieġeb lill-Mulej u qallu
2“Jien naf li inti tista’ kollox,
u ebda ħsieb minn tiegħek ma jfixkluh.
3Int għedt, ‘Min hu dan li jrid
joskura fehemti bla ma jifhem?’
U tassew jien tkellimt fuq ħwejjeġ ma nifhimhomx,
ħwejjeġ kbar wisq għalija, ma nafhomx.#Ġob 34,35; 35,16; 38,2.
4Int għedt: ‘Ismagħni, u jien nitkellem;
nistaqsik, u int għallimni.’
5Fuqek jien b’widnejja smajt;
imma issa b’għajnejja rajtek.
6Għalhekk inċedi u nindem
fit-trab u r-rmied.”
Għeluq
Alla jiġġustifika lil Ġob
7Wara li l-Mulej temm jgħid dan il-kliem lil Ġob, qal lil Elifaż#42,7: Qal lil Elifaż: Alla jċanfar lil ħbieb Ġob talli xlewh bi ħwejjeġ li qatt ma kien għamel. it-Temani: “Jiena inkurlat għalik u għaż-żewġt iħbieb tiegħek. Għax intom ma għedtux is-sewwa fuqi bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob. 8Ħudu, mela, seba’ għoġiela u seba’ mtaten u morru għand il-qaddej tiegħi Ġob u offruhom b’sagrifiċċji maħruqa għalikom. Ġob, il-qaddej tiegħi, jitlob għalikom u jiena minħabba fih ma nikkastigakomx għall-bluha li wrejtu meta ma tkellimtux is-sewwa fuqi bħal Ġob il-qaddej tiegħi.”
9Elifaż it-Temani, Bildad is-Suħi, u Sofar in-Nagħmi marru u għamlu kif qalilhom il-Mulej. U l-Mulej ta wiċċ lil Ġob. 10Lilu, għax talab għal ħbiebu, reġġgħu għal li kien qabel u kattarlu għal darbtejn il-ġid kollu li kellu.
11Imbagħad ħutu kollha, subien u bniet, u dawk li kienu jafuh qabel, ġew għandu jarawh u kielu miegħu f’daru. Huma wrewh is-sogħba tagħhom u farrġuh għad-diżgrazzji kollha li l-Mulej bagħat fuqu, u tawh kull wieħed minnhom munita u ċurkett tad-deheb.
12U l-Mulej bierek il-ħajja l-ġdida ta’ Ġob aktar minn dik ta’ qabel, u kellu Ġob erbatax-il elf nagħġa u sitt elef ġemel, elf żewġ barrin u elf ħmara.#Ġob 1,3.
13Kellu wkoll seba’ subien u tlitt ibniet. 14Bintu l-kbira semmieha#42,14: Bintu l-kbira semmieha: l-ismijiet li tahom ifissru l-ġmiel tagħhom: Ġemima, ħamiema; Kesigħa, fwieħa prezzjuża; Kerenħappuk, kus tal-fwieħa. Ġemima, lil ta’ warajha Kesigħa, u liż-żgħira Kerenħappuk. 15U ma kienx hemm fil-pajjiż kollu nisa li fil-ġmiel iħabbtuha mal-bniet ta’ Ġob. Missierhom tahom qasma mill-wirt ma’ ħuthom is-subien.
16Wara dan kollu Ġob għex mija u erbgħin sena u ra ’l uliedu u wlied uliedu sar-raba’ nisel,#Ġob 5,25-26. 17u miet xiħ u mimli bl-għomor.#Ġen 25,8; 35,29.
Currently Selected:
ĠOB 42: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.