KOLOSSIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Fiż-żmien meta Pawlu kien fil-ħabs f’Ruma, waslulu aħbarijiet dwar id-diffikultajiet li kienu qed jiltaqgħu magħhom l-insara ta’ Kolossi. Din kienet belt fl-Asja Minuri, illum it-Turkija, xi 160 kilometru bogħod mill-port ta’ Efesu. Pawlu qatt ma kien żar din il-belt. Il-Knisja ta’ Kolossi kienet twaqqfet minn Epafra li kien il-ħabs f’Ruma ma’ Pawlu.
Il-biċċa l-kbira tal-insara f’Kolossi kienu pagani li nġibdu wara l-Evanġelju li xandrilhom Epafra, u baqgħu sħaħ fil-fidi tagħhom. Pawlu juri l-ferħ tiegħu għalihom fit-talba ta’ tifħir għalihom fil-bidu tal-ittra (1,3-5).
Ġara li xi nies bdew jgħallmuhom li biex jobdu lil Alla u jqimuh tassew kellhom isegwu ċerti drawwiet reliġjużi li xejn ma kellhom x’jaqsmu mal-Evanġelju ta’ Kristu. Kienet qed issir pressjoni fuqhom dwar il-ħtieġa taċ-ċirkonċiżjoni, il-qima lejn l-anġli u spirti oħra, l-astinenza minn ċertu ikel, u ħafna regoli stretti oħra.
Pawlu kitbilhom biex ifehemhom li l-qofol tat-twemmin nisrani hu Ġesù Kristu li hu fil-glorja tal-Missier u għandu s-setgħa fuq kollox u fuq kulħadd. Allura, il-qima tagħhom kellha tkun direttament lejn Kristu u ma jħallux ideat oħra jfixkluhom jew ibegħduhom minnu.
L-insara rċevew ħajja ġdida fi Kristu fil-magħmudija. L-ebda preċett tal-bnedmin ma jista’ jnaqqas il-ħelsien ta’ min irxoxta ma’ Kristu. Il-magħżulin ta’ Alla għandhom irawmu fihom sentimenti sbieħ li jerfgħu fil-għoli l-ħajja personali tagħhom u ta’ ħuthom fil-fidi.
Pawlu jiddeskrivi l-persuna u l-ħidma ta’ Kristu f’innu sabiħ fl-ewwel kapitlu.
Hu xbieha ta’ Alla li ma jidhirx,
il-kbir fost il-ħlejjaq kollha;
hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha:
bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu:
bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib (1,15; 19-20).
It-taqsim tal-ittra
Introduzzjoni (1,1-8)
In-natura u l-missjoni ta’ Kristu (1,9—2,19)
Il-ħajja ġdida fi Kristu (2,20—4,6)
Konklużjoni (4,7-18)
Currently Selected:
KOLOSSIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: