1 TESSALONIKIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Ħarsa ħafifa lejn l-ittra
Il-Knisja fit-Tessalonika, belt fil-Grigal tal-Greċja, twaqqfet wara li Pawlu kien sofra ħafna min-nies ta’ Filippi. Hu mar lejn Tessalonika u ħadem biex jaqla’ x’jiekol u biex isostni l-ħidma tiegħu tax-xandir tal-kelma. F’din l-ittra, Pawlu juri ruħu ferħan bit-Tessalonikin li laqgħu l-Aħbar it-Tajba u permezz tal-eżempju tagħhom, ħafna f’dak ir-reġjun daru lejn Kristu.
Aktarx li din l-ittra hi l-ewwel waħda li qatt kien kiteb Pawlu. It-tieni ittra kitibhielhom ftit wara, forsi fl-istess sena.
Il-messaġġ ewlieni hu dwar it-tieni miġja ta’ Kristu. M’hemmx mod li ż-żmien ta’ din il-miġja jkun magħruf; sadanittant il-mod ta’ ħajja tal-insara kellu jkun wieħed attiv, ħalli s-siegħa li tiġi għal għarrieda ssibhom ippreparati.
Billi Pawlu kellu jitlaq mill-belt minħabba l-oppożizzjoni li kien qed isib minn xi Lhud, hu kien bagħat lil Timotju biex iwassallu l-aħbarijiet dwar il-komunità tal-insara li kien ħalla warajh. L-aħbarijiet dwar il-fidi u l-imħabba tagħhom kienu tajbin minkejja li fil-Knisja kien qam xi ferment.
Xi membri kienu waqfu mix-xogħol għax kienu daħħlu f’rashom li l-aħħar miġja tal-Mulej kienet fil-qrib. Oħrajn kienu inkwetati għaliex qrabathom mietu qabel din il-miġja u allura tħawdu dwar x’kien se jiġri minnhom. Għalhekk Pawlu ħass li kellu jispjegalhom aħjar x’kienet din it-tieni miġja u kif kellhom iġibu ruħhom sakemm tasal.
Ifirħu dejjem,
itolbu bla heda,
iżżu ħajr lil Alla f’kollox.
Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù, ixxekklux l-Ispirtu, tmaqdrux il-profezija, ippruvaw kollox; it-tajjeb żommuh, u fuq kollox, warrbu kull xorta ta’ ħażen (5,16-22).
It-taqsim tal-ittra
Introduzzjoni (1,1)
Gratitudni u tifħir (1,2—3,13)
Jinkoraġġihom jgħixu ta’ nsara veri (4,1-12)
Tagħlim dwar it-tieni miġja ta’ Kristu (4,13—5,11)
L-aħħar twissijiet (5,12-22)
Konklużjoni (5,23-28)
Currently Selected:
1 TESSALONIKIN Ħarsa ħafifa lejn l-ittra: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: