1 TESSALONIKIN 2
2
Kapitlu 2
Il-qalb ta’ Pawlu u l-ħidma tiegħu
1Intom tafu, l-aħwa, li l-miġja tagħna fostkom ma kinitx għal xejn.#1 Tess 5,9. 2Għalkemm aħna, bħalma tafu, batejna u żebilħuna f’Filippi qabel ma ġejna għandkom, imma għamilna l-qalb f’Alla tagħna, u fost ħafna taħbit xandarnielkom l-Evanġelju ta’ Alla.#Atti 16,19-24; 17,1-5. 3Il-kliem ta’ tħeġġiġ tagħna lilkom la hu ħiereġ mill-għelt, la mill-wiċċ b’ieħor, u lanqas mill-qerq. 4Aħna nxandru l-Evanġelju skont ma konna mġarrbin minn Alla qabel ma fdahulna f’idejna; u nfittxu li nogħġbu mhux lill-bnedmin imma lil Alla li jġarrab qlubna.#Ġer 11,20; Gal 1,10; 1 Tim 1,11. 5Kif tafu intom, aħna ma ġejniex inżiegħlu bikom bil-kliem, anqas ma kellna xi ħsieb ta’ regħba, kif jista’ jixhed Alla.#Atti 20,33. 6Aħna ma fittixniex il-glorja tal-bnedmin, la mingħandkom u lanqas mingħand ħaddieħor,#Ġw 5,41-44. 7għad li stajna nippretendu ħafna mingħandkom bħala Appostli ta’ Kristu; imma ġibna ruħna magħkom bil-ħlewwa, bħalma omm tradda’ tħaddan lil uliedha. 8Aħna għożżejniekom hekk li ridna naqsmu magħkom mhux biss l-Evanġelju ta’ Alla imma wkoll ħajjitna stess, daqskemm ħabbejniekom. 9Intom, l-aħwa, tiftakru fit-taħbit u t-tbatija kbira tagħna. Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju ta’ Alla, aħna ħdimna billejl u binhar, biex lil ħadd minnkom ma ngħabbu.#Atti 20,34; 1 Kor 4,12. 10Tixhdu intom u Alla wkoll, kemm kienet qaddisa, ġusta u bla għajb l-imġiba tagħna magħkom li emmintu. 11Aħna, kif tafu, ġibna ruħna ma’ kull wieħed minnkom qisna missier ma’ wliedu: 12farraġniekom, għamilnielkom il-qalb, ħeġġiġniekom ħalli timxu kif hu xieraq quddiem Alla li sejħilkom għas-saltna u l-glorja tiegħu.#Ef 4,1; Fil 1,27; 2 Tess 1,5.
13Aħna niżżu ħajr bla heda lil Alla talli l-kelma ta’ Alla, li intom smajtu mingħandna, iltqajtuha mhux bħala kelma ta’ bniedem, iżda bħala kelma ta’ Alla, kif tassew hi, dik il-kelma li qiegħda taħdem fikom li emmintu.#Gal 1,11-12; 1 Tess 1,2. 14Lilkom, ġralkom, l-aħwa, bħalma ġara lill-knejjes li jinsabu fil-Lhudija fi Kristu Ġesù: intom ilkoll sofrejtu min-nies ta’ pajjiżkom dak li sofrew huma mingħand il-Lhud.#Atti 17,5. 15Dawn qatlu l-Mulej Ġesù u l-profeti, u lilna wkoll ħaqruna. Huma ma jogħġbux lil Alla, u jobogħdu lill-bnedmin kollha,#Atti 2,23; 7,52. 16għax ma jħalluniex inkellmu lill-pagani biex isalvaw. U hekk jimlew dejjem il-kejl ta’ dnubiethom. Imma l-għadab ta’ Alla fl-aħħar waqa’ fuqhom.#Ġen 15,16; Mt 23,32-33.
Pawlu jixtieq jerġa’ jżurhom
17Ngħid għalina, l-aħwa, meta aħna għal xi żmien konna mbiegħda minnkom, mill-għajn u mhux mill-qalb, kemm fittixna biex naraw lil wiċċkom, xewqana għall-aħħar li narawkom!#1 Tess 3,10. 18Għalhekk ridna niġu għandkom, jien, Pawlu, għal darba darbtejn; imma x-xitan fixkilna. 19Min hu t-tama tagħna, il-ferħ tagħna, il-kuruna#2,19: Il-kuruna: il-kuruna tar-rand li biha kienu jinkurunaw ir-rebbieħa militari jew sportivi; ara 1 Kor 9,25; Fil 4,1; Apk 2,10. tagħna, il-foħrija tagħna, għal quddiem Sidna Ġesù f’jum il-miġja tiegħu? Intom, u ħadd iżjed.#Fil 2,16; 4,1; 2 Tess 1,4. 20Intom il-glorja u l-ferħ tagħna!
Currently Selected:
1 TESSALONIKIN 2: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: