1
LHUD 1:3
Il-Bibbja
MB20
Hu, l-Iben, li hu d-dija tal-glorja ta’ Alla u x-xbieha tal-essenza tiegħu, u li jżomm id-dinja kollha bil-kelma setgħana tiegħu, wara li naddafna minn dnubietna, qagħad fuq il-lemin tal-kobor ta’ Alla fl-għoli tas-smewwiet
Compare
Explore LHUD 1:3
2
LHUD 1:1-2
Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti. Issa f’dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu, li hu għamlu werriet ta’ kollox, u li bih ukoll għamel il-ħolqien.
Explore LHUD 1:1-2
3
LHUD 1:14
M’humiex huma wkoll spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu lil dawk li għandhom jiksbu s-salvazzjoni?
Explore LHUD 1:14
4
LHUD 1:10-11
U wkoll: “Int, Mulej, waqqaft l-art fil-bidu, u għemil idejk huma s-smewwiet. Huma jintemmu, iżda inti tibqa’; huma lkoll bħal libsa jiqdiemu
Explore LHUD 1:10-11
Home
Bible
Plans
Videos