1
1 TIMOTJU 6:12
Il-Bibbja
MB20
Tqabad it-taqbida t-tajba tal-fidi; qis li tirbaħ il-ħajja ta’ dejjem li għaliha kont imsejjaħ u li tagħha għamilt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna xhieda.
Compare
Explore 1 TIMOTJU 6:12
2
1 TIMOTJU 6:10
Għax ir-regħba għall-flus hi l-għerq ta’ kull ħażen; kien ħtija ta’ din ir-regħba li xi wħud ħarġu barra mit-triq tal-fidi u nfnew b’niket kbir.
Explore 1 TIMOTJU 6:10
3
1 TIMOTJU 6:6
It-tjieba fiha qligħ kbir, tassew, għal min hu kuntent b’dak li għandu
Explore 1 TIMOTJU 6:6
4
1 TIMOTJU 6:7
għax aħna xejn ma ġibna fid-dinja, u xejn ma nistgħu nieħdu magħna
Explore 1 TIMOTJU 6:7
5
1 TIMOTJU 6:17
Lil dawk li huma għonja bil-ġid ta’ din l-art widdibhom biex ma jitkabbrux u ma jqegħdux it-tama tagħhom f’għana li ma tistax torbot fuqu, imma li għandhom jittamaw f’Alla li jagħtina kollox bix-xaba’ biex ingawdu bih
Explore 1 TIMOTJU 6:17
6
1 TIMOTJU 6:9
Imma dawk li jridu jistagħnew jaqgħu fit-tiġrib u fix-xibka u f’ħafna xewqat bla sens u ta’ ħsara li jitfgħu lill-bnedmin fil-qerda u t-telfien.
Explore 1 TIMOTJU 6:9
7
1 TIMOTJU 6:18-19
għidilhom jagħmlu l-ġid, jistagħnew b’opri tajba, li jkunu ġenerużi u jaqsmu mal-oħrajn. Hekk ikunu qegħdin jaħżnu għalihom infushom teżor sabiħ għal li ġej, biex bih jiksbu l-ħajja, il-ħajja vera.
Explore 1 TIMOTJU 6:18-19
Home
Bible
Plans
Videos