YouVersion Logo
Search Icon

MATTEW 23

23
Kapitlu 23
Ġesù jikkundanna lill-kittieba u l-Fariżej
(Mk 12,38-40; Lq 11,37-52; 20,45-47)
1Imbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: 2“Fuq il-katedra ta’ Mosè#23,2: Katedra ta’ Mosè: simbolu tal-awtorità li kellhom l-Iskribi jew Kittieba biex jgħallmu, ifissru u japplikaw il-Liġi għall-ħajja ta’ kuljum. qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. 3Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn.#Mal 2,7-8. 4Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. 5Kulma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatteri#23,5: Ikabbru l-filatteri: il-filatteri kienu bċejjeċ żgħar tal-ġild, bi kliem il-Liġi miktuba fuqhom, li kienu jdawruhom ma’ dirgħajhom jew jorbtuhom ma’ ġbinhom; il-ġmiemen kienu jħituhom fil-ponot u t-truf ta’ lbieshom biex ifakkruhom fil-Liġi. u jtawlu l-ġmiemen tagħhom.#Eż 13,9; Num 15,38-39; Dt 6,8; Mt 6,15. 6Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi,#Lq 14,7. 7u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejħulhom Rabbi. 8Imma intom tħallux min isejħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. 9U ssejħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. 10Hekk ukoll tħallux min isejħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. 11Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom;#Mt 22,26-27; Mk 9,35; 10,43-44; Lq 9,48; 22,26. 12min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.#Ġob 22,29; Prov 29,23; Eżek 21,26; Lq 14,11; 18,14.
13“Ħażin għalikom#23,13: Ħażin għalikom: xi wħud mill-manuskritti jżidu l-v. 14: Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tberbqu flus ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies iddumu ħafna titolbu. Għalhekk tieħdu kundanna aktar iebsa: ara Mk 12,40; Lq 20,47. intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!
15“Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom!
16“Ħażin għalikom, mexxejja għomja! Intom tgħidu, ‘Jekk wieħed jaħlef bis-santwarju, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bid-deheb tas-santwarju, ikollu jrodd.#Mt 15,14; 23,24; Rum 2,19. 17Boloh u għomja! X’inhu l-aqwa? Id-deheb, jew is-santwarju li jqaddes id-deheb? 18Tgħidu wkoll, ‘Jekk wieħed jaħlef bl-artal, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bl-offerta ta’ fuq l-artal, ikollu jrodd.’ 19Ja għomja! X’inhu l-aqwa? L-offerta, jew l-artal li jqaddes l-offerta?#Eż 29,37. 20Mela min jaħlef bl-artal ikun jaħlef kemm bl-artal u kemm b’li jkun hemm fuqu; 21u min jaħlef bis-santwarju jkun jaħlef kemm bis-santwarju u kemm b’min jgħammar fih;#1 Slat 8,13; S 26,8. 22u min jaħlef fuq is-sema jkun jaħlef kemm bit-tron ta’ Alla u kemm b’dak li hemm fuqu.#Is 66,1; Mt 5,34; Atti 7,49.
23“Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra,#Lev 27,30; Mik 6,8. 24ja mexxejja għomja, li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex imbagħad tibilgħu ġemel!#Mt 15,14; 23,16; Rum 2,19.
25Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, waqt li minn ġewwa jkunu mimlija bi frott is-serq u r-regħba!#Mk 7,4. 26Fariżew agħma, it-tazza l-ewwel naddafha minn ġewwa, biex imbagħad tkun nadifa minn barra wkoll!#Ġw 9,40.
27Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda#23,27: Oqbra mbajda: kienu jbajdu l-oqbra bl-abjad biex min jgħaddi billejl jarahom u ma jiċċappasx magħhom, għax inkella kien ikollu jgħaddi mir-riti tal-purifikazzjoni ritwali.: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ!#Atti 23,3. 28Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!#Lq 16,15.
29Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tibnu l-oqbra lill-profeti, iżżejnu l-monumenti tal-ġusti, 30u tgħidu, ‘Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,’ 31u b’hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti!#Atti 7,52. 32Mela issa komplu sal-aħħar dak li bdew missirijietkom!
33“Ja sriep u nisel il-lifgħat, kif se taħarbu mill-kundanna tal-infern?#Mt 3,7; 12,34; Lq 3,7. 34Jien għalhekk nibagħtilkom profeti u għorrief u kittieba, li xi wħud minnhom toqtluhom u ssallbuhom, u oħrajn issawtuhom fis-sinagogi tagħkom u tippersegwitawhom minn belt għal oħra,#Mt 10,23; Atti 7,52; 1 Tess 2,15. 35ħalli b’hekk taqa’ fuqkom il-ħtija tad-demm tal-ġusti kollha li xtered fuq l-art, ibda minn demm Abel il-ġust sa demm Żakkarija bin Barakija, li intom qtiltuh bejn is-Santwarju u l-artal. 36Tassew, ngħidilkom, dawn il-ħtijiet għad jaqgħu kollha fuq dan in-nisel!#Ġen 4,8; Żak 1,1; Lhud 11,4.
Ġesù jitħassar lil Ġerusalemm
(Lq 13,34-35)
37“Ġerusalemm, Ġerusalemm, int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera mibgħutin lilek, kemm-il darba ridt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!#Atti 7,59; 1 Tess 2,15. 38Ara, darkom għad iħalluhielkom ħerba!#1 Slat 9,7-8; Tob 14,4; Ġer 12,7; 22,5. 39Għax, ngħidilkom, m’intomx se terġgħu tarawni minn issa sa ma tgħidu, ‘Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!’ ”#S 118,26; Mt 21,9; Mk 11,10; Lq 19,38.

Currently Selected:

MATTEW 23: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy