YouVersion Logo
Search Icon

MATTEW 24

24
Kapitlu 24
Ġesù jħabbar it-tiġrif tat-tempju
(Mk 13,1-2; Lq 21,5-7)
1Ġesù ħareġ mit-tempju. Huwa u sejjer, id-dixxipli tiegħu resqu lejh u wrewh il-bini tat-tempju. 2Iżda hu qalilhom: “Qegħdin tarawh dan kollu? Tassew, ngħidilkom, hawnhekk ma tibqax ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx!”
Il-bidu tat-tbatijiet
(Mk 13,3-13; Lq 21,7-19)
3Kif kien qiegħed fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, id-dixxipli resqu jistaqsuh rasu u rashom: “Għidilna, dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal tal-miġja tiegħek u ta’ tmiem id-dinja?”#Mt 24,37-39; 28,20. 4U Ġesù weġibhom: “Araw li ħadd ma jqarraq bikom. 5Għax għad jiġu ħafna f’ismi u jgħidu ‘Jien hu l-Messija,’ u jqarrqu b’ħafna nies.#Mt 24,23-24; Ġw 5,43; 1 Ġw 2,18. 6Għad tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u xnigħat ta’ gwerer. Iftħu għajnejkom u titħawdu xejn, għax dan jeħtieġ li jiġri, imma għadu mhuwiex it-tmiem. 7Għax għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, ikun hawn ġuħ kbir, u l-art titheżheż f’ħafna bnadi.#2 Kron 15,6; Is 19,8. 8Dan kollu jkun il-bidu ta’ tbatija kbira. 9Imbagħad jagħtukom f’idejn min iħabbatkom u joqtolkom; u l-ġnus kollha jsiru jobogħdukom minħabba f’ismi.#Ġw 15,18; 16,2. 10U jkun hemm ħafna li jitfixklu, li jittradixxu lil xulxin u jinbagħdu bejniethom. 11Iqumu bosta profeti foloz u jqarrqu b’ħafna nies.#Mt 24,5-24. 12Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna. 13Imma min jibqa’ jżomm sħiħ sal-aħħar, dan isalva.#Mt 10,22. 14Dan l-Evanġelju tas-Saltna jixxandar fid-dinja kollha, biex il-ġnus kollha jkollhom xhieda. Imbagħad jiġi t-tmiem.#Mt 10,18; 28,19.
15“Meta mbagħad taraw il-profanazzjoni u l-ħerba fit-tempju#24,15: Il-profanazzjoni u l-ħerba fit-tempju: letteralment l-għajb (qżież, stmerrija) tal-ħerba. Dan kien l-idolu ta’ Żews Olimpju jew Bagħal-xemajim, li Antijoku Epifani kien waqqaf fuq l-artal tas-sagrifiċċju fis-sena 168 QK. Hawn Ġesù għandu f’rasu l-eżerċtu Ruman li kellu jassedja lil Ġerusalemm, jidħol fiha u jeqridha bit-tempju b’kollox; ara 1 Mak 1,54. li fuqhom tkellem il-profeta Danjel - ħa jifhem min jaqra! -#Dan 9,27; 11,13; 12,11; 1 Mak 6,7. 16ħa jaħarbu mbagħad lejn l-għoljiet dawk li jkunu fil-Lhudija; 17u min ikun fuq il-bejt, ara li ma jinżilx jieħu xi ħaġa mid-dar,#Lq 17,31. 18anqas min ikun fir-raba’ ma għandu jerġa’ lura biex jieħu l-mantar tiegħu. 19Jaħasra għalihom in-nisa li f’dawk il-jiem ikunu tqal jew ireddgħu! 20Itolbu li l-ħarba tagħkom ma tiġrix fix-xitwa jew nhar ta’ Sibt. 21Għax imbagħad ikun hawn diqa kbira li mill-bidu tad-dinja sa issa għadu qatt ma kien hawn bħalha u anqas ikun hawn.#Dan 12,1; Apk 7,14. 22U kieku dawk il-jiem ma tqassrux, l-ebda bniedem ma kien isalva. Iżda minħabba l-maħturin dawk il-jiem tqassru. 23Imbagħad, jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Ara, hawn hu l-Messija,’ jew, ‘Hemm,’ la temmnuhx.#Mt 24,5-11; 1 Ġw 2,18. 24Għax għad iqumu ħafna messijiet foloz u profeti foloz, u jibdew jagħmlu sinjali kbar u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jista’ jkun, imqar bil-maħturin.#Dt 13,1-3; 2 Tess 2,9-10; Apk 13,13-14. 25Ara, għedtulkom minn qabel. 26Jekk mela jgħidulkom, ‘Ara, qiegħed barra fid-deżert,’ tmorrux; ‘Ara, qiegħed ġewwa fid-dar,’ temmnux.#Lq 17,23-24. 27Għax bħalma l-berqa tleħħ mil-Lvant u tixħet id-dija tagħha sal-Punent, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem.#Mt 24,37-39; 1 Kor 15,23; 1 Tess 2,19; 3,13; 4,15; 5,23; 2 Tess 2,1; Ġak 5,7-8; 2 Pt 3,4-12; 1 Ġw 2,28. 28Fejn hemm il-ġisem mejjet, hemm l-isqra jinġabru!
Il-miġja ta’ Bin il-bniedem
(Mk 13,24-27; Lq 21,25-28)
29“Minnufih, wara d-diqa ta’ dawk il-jiem,
ix-xemx tiddallam,
il-qamar jitlef id-dija tiegħu,
il-kwiekeb jaqgħu mis-sema,
u l-qawwiet tas-sema jitheżżu. # Is 13,10; 34,4; Eżek 32,7; Ġoel 2,10; 4,15; Ħag 2,6-21.
30Imbagħad jidher fis-sema s-sinjal ta’ Bin il-bniedem, il-popli kollha tal-art jibdew jagħtu fuq sidirhom, u jaraw lil Bin il-bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b’qawwa u glorja kbira.#Dan 7,13-14; Żak 12,10; Mt 16,27; 26,64; Apk 1,7. 31U hu jibgħat l-anġli tiegħu, li b’leħen qawwi ta’ tromba jiġbru l-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf sa tarf tas-sema.#Dt 30,4; Is 27,13; Żak 2,6; Mt 13,41; 1 Kor 15,52; 1 Tess 4,16.
Tagħlima mis-siġra tat-tin
(Mk 13,28-32; Lq 21,29-33)
32“Tgħallmu din il-parabbola mis-siġra tat-tin. Meta l-fergħa tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib. 33Hekk ukoll meta taraw dan kollu, kunu afu li hu fil-qrib, fil-bieb. 34Tassew, ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu.#Mt 16,28. 35Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.#Mt 5,18; Lq 16,17.
Ħadd ma jaf il-jum u s-siegħa
(Mk 13,32-37; Lq 17,26-30.34-35)
36“Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf xejn meta se jaslu, la l-anġli tas-sema u lanqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier waħdu.#Atti 1,7. 37Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem.#Ġen 6,9-12; Mt 24,27-39; 1 Kor 15,23; 1 Tess 2,19; 3,13; 4,15; 5,23; 2 Tess 2,1; Ġak 5,7-8; 2 Pt 3,4-12; 1 Ġw 2,28. 38Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dak inhar li Noè daħal fl-arka,#Ġen 6,13—7,24; 2 Pt 3,6. 39u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem.#Mt 24,27-37; 1 Kor 15,23; 1 Tess 2,19; 3,13; 4,15; 5,23; 2 Tess 2,1; Ġak 5,7.8; 2 Pt 3,4.12; 1 Ġw 2,28. 40Imbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla; 41żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed u l-oħra titħalla. 42Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom.#Mt 25,13. 43Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl#24,43: Sahra tal-lejl: il-lejl, bħall-jum, kien ta’ tnax-il siegħa mqassma f’erba’ sahriet ta’ tliet sigħat il-waħda; ara nota 20,3. se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru#24,43: Jinfidlu l-ħitan ta’ daru: ara nota 6,19..#1 Tess 5,2; 2 Pt 3,10; Apk 3,3; 16,15. #Lq 12,39-40. 44Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.
Il-qaddej il-fidil u l-qaddej il-ħażin
(Lq 12,41-46)
45“Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? Min hu dak li s-sid iqiegħdu fuq niesu biex jagħtihom jieklu fil-ħin? 46Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jaqdi dmiru. 47Tassew, ngħidilkom, li jafdalu ġidu kollu f’idejh.#Mt 25,21-23. 48Iżda jekk dak il-qaddej ħażin jibda jgħid f’qalbu, ‘Sidi jiddawwar ma jiġi,’ 49u jaqbad isawwat lil sħabu l-oħra, u jiekol u jixrob mas-sakranazzi, 50sid dak il-qaddej jasal f’jum li hu ma jkunx jistennieh, f’siegħa li fiha jieħdu għal għarrieda, 51u jagħmlu bċejjeċ u jagħtih li ħaqqhom in-nies ta’ wiċċ b’ieħor: hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.#Mt 8,12; 13,42-50; 22,13; 25,30; Lq 13,28.

Currently Selected:

MATTEW 24: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy