YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 7

7
Kapitlu 7
Id-difiża ta’ Stiefnu
1Imbagħad il-qassis il-kbir qallu: “Minnu dan?” 2Stiefnu wieġeb: “ L-aħwa u missirijieti, isimgħuni. Alla tal-glorja deher lil Abraham missierna, meta dan kien fil-Mesopotamja qabel ma mar joqgħod Ħaran,#Ġen 11,31—12,1; S 29,3; Atti 22,1. 3u qallu, ‘Oħroġ minn artek u minn fost niesek u mur fl-art li se nurik jien.’#Ġen 12,1. 4Imbagħad ħareġ mill-art tal-Kaldin u mar joqgħod f’Ħaran. Minn hemm, wara li miet missieru, Alla ġiebu f’din l-art li fiha issa qed toqogħdu intom.#Ġen 11,12-31; Ġen 12,7; 13,15; 15,18. 5Hu ma tah xejn minnha għalih, anqas daqs sieq, imma wiegħdu li jagħtihielu biex tkun tiegħu, u ta’ nislu warajh, għalkemm kien għad ma kellu ebda iben.#Ġen 16,1; 17,8; 24,7; Dt 2,5. 6Alla qallu hekk għax nislu kellu jmur jgħix f’art barranija, li fiha kellhom ikunu mjassra u maħqura għal erba’ mitt sena.#Ġen 15,13-14. 7Iżda Alla qallu, ‘Imma jien nagħmel ħaqq mill-poplu li jagħmilhom ilsiera tiegħu; imbagħad huma joħorġu u jagħtuni qima f’dan il-post.’#Eż 3,12. 8U għamel miegħu wkoll il-patt taċ-ċirkonċiżjoni. Hekk Abraham nissel lil Iżakk, u fit-tmien jum wara t-twelid għamillu ċ-ċirkonċiżjoni; l-istess għamel Iżakk lil Ġakobb, u Ġakobb lit-tnax-il patrijarka.#Ġen 17,10-14; 21,4.
9“Il-patrijarki ġiethom l-għira għal Ġużeppi, u bigħuh bi lsir għall-Eġittu. Imma Alla kien miegħu;#Ġen 37,11; 39,2-3. 10ħelsu mit-taħbit kollu tiegħu u mlieh bl-għerf quddiem il-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu, u għamel li dan jieħu tant grazzja miegħu li għamlu gvernatur fuq l-Eġittu u fuq daru kollha.#Ġen 41,37-44; S 105,21. 11Imbagħad waqa’ l-ġuħ fuq l-art kollha tal-Eġittu u ta’ Kangħan li ġieb miegħu tbatija kbira, u missirijietna ma sabux x’jieklu.#Ġen 41,54; 42,5. 12Meta Ġakobb sama’ li kien hemm il-qamħ fl-Eġittu, bagħat hemm lil missirijietna, u marru għall-ewwel darba;#Ġen 42,1-2. 13fit-tieni darba Ġużeppi għarraf lil ħutu min kien, u l-Fargħun sar jaf lil nies Ġużeppi.#Ġen 45,3-4. 14Imbagħad Ġużeppi bagħat iġib lil Ġakobb missieru u lil qrabatu kollha, li kienu b’kollox ħamsa u sebgħin ruħ.#Ġen 45,9-11; Dt 10,22. 15Hekk Ġakobb niżel l-Eġittu, fejn miet, hu u missirijietna.#Ġen 46,5-6; 49,33; Eż 1,6. 16L-iġsma tagħhom ħaduhom Sikem u difnuhom fil-qabar li Abraham kien xtara mingħand ulied Ħamor f’Sikem u ħallashom bi flus tal-fidda.#Ġen 23,2-20; 33,19; 49,29-30; 50,7-13; Ġoż 24,32.
17“Meta kien qiegħed joqrob iż-żmien biex isseħħ il-wegħda li Alla kien għamel lil Abraham, il-poplu żdied u kiber fl-Eġittu,#Eż 1,7-8. 18sakemm laħaq fl-Eġittu sultan ieħor, li ma kienx jaf b’Ġużeppi. 19Dan mexa bil-ħażen ta’ moħħu mal-ġens tagħna u ħaqar lil missirijietna, u sa ġegħelhom jarmu t-trabi tagħhom biex ma jgħixux aktar.#Eż 1,10-11.22. 20F’dak iż-żmien twieled Mosè, tarbija sabiħa ħafna, u għal tliet xhur rabbewh f’dar missieru.#Eż 2,2; Lhud 11,23. 21Meta mbagħad kien mitluq barra mid-dar, ħaditu bint il-Fargħun u rabbietu bħal binha.#Eż 2,3-10. 22U Mosè trawwem fl-għerf kollu tal-Eġizzjani u sar qawwi fi kliemu u għemilu.
23“Imbagħad, meta kellu erbgħin sena, ġieħ il-ħsieb li jżur lil ħutu, ulied Iżrael.#Eż 2,11-12. 24Hemm ra raġel Eġizzjan jaħqar lil wieħed minnhom u qabeż għalih billi tħallas minn dak li kien qiegħed jaħqru, u qatlu. 25Mosè ħaseb li ħutu fehmu li Alla kien se jeħlishom permezz tiegħu; iżda huma ma kienu fehmu xejn. 26L-għada raġa’ mar quddiemhom, u ra tnejn minnhom jiġġieldu, u, biex jagħmilhom paċi, qalilhom, ‘Irġiel, intom aħwa; għaliex tagħmlu l-ħsara lil xulxin?’#Eż 2,13-14. 27Imma dak li kien qiegħed jaħqar lil sieħbu warrbu u qallu, ‘Min għamlek kap u mħallef fuqna?#Lq 12,14. 28Jaqaw trid toqtolni bħalma lbieraħ qtilt lil dak l-Eġizzjan? 29Malli sama’ dan il-kliem Mosè ħarab u mar jgħix bħala barrani fl-art ta’ Midjan, fejn kellu żewġt itfal.#Eż 2,15-22; 18,3-4.
30“Meta kienu għaddew erbgħin sena, kif darba kien fid-deżert tal-muntanja Sinaj, deherlu anġlu f’ħuġġieġa nar qalb l-għollieq.#Eż 3,2-3. 31Mosè stagħġeb b’din id-dehra li kellu; imma kif resaq fil-qrib biex jara sewwa, sama’ leħen il-Mulej jgħidlu,#Eż 3,4-10. 32‘Jiena Alla ta’ missirijietek, Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk u ta’ Ġakobb.’ Mosè triegħed bil-biża’ u ma ssugrax iħares. 33Qallu mbagħad il-Mulej, ‘Neħħi l-qorq minn saqajk, għax il-post fejn qiegħed int hu art qaddisa. 34Jien stess rajt b’għajnejja t-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu, u smajt l-ilfiq tagħhom; għalhekk ġejt biex neħlishom. Ejja, mela, ħa nibagħtek lejn l-Eġittu.’ 35Dan hu l-istess Mosè li huma kienu ċaħdu meta qalulu, ‘Min għamlek kap u mħallef?’ Lilu Alla bagħat bħala kap u feddej meta deherlu permezz tal-anġlu li kien deherlu fl-għollieq.#Eż 2,14; 3,2. 36Kien hu li ħariġhom ’il barra b’mirakli u sinjali li għamel fl-art tal-Eġittu, fil-Baħar l-Aħmar u fid-deżert għal erbgħin sena.#Eż 7,3; 14,21; Num 14,33. 37Dan hu Mosè li qal lil ulied Iżrael, ‘Alla għad iqajmilkom profeta bħali minn fost ħutkom.’#Dt 18,15; Atti 3,22. 38Dan hu li kien mal-ġemgħa fid-deżert, mal-anġlu li kien kellmu fuq il-muntanja Sinaj, u ma’ missirijietna; hu, li rċieva kliem il-ħajja biex tah lilna.#Eż 19,1-6; 20,1-6; Dt 5,4-22; 9,10; Atti 7,53. 39Imma missirijietna ma ridux jisimgħu minnu, anzi warrbuh, u b’qalbhom reġgħu daru lejn l-Eġittu#Num 14,3. 40meta qalu lil Aron, ‘Agħmlilna allat, biex jimxu huma quddiemna, għax aħna ma nafux x’sar minnu dan Mosè li ħariġna mill-art tal-Eġittu!’#Eż 32,1-23. 41Dak inhar għamlu għoġol u offrew sagrifiċċju lill-idolu; u ferħu b’dak li kienu għamlu b’idejhom.#Eż 32,4-6. 42Għalhekk Alla tbiegħed minnhom u rħielhom jaduraw lill-kwiekeb tas-sema, kif hemm miktub fi ktieb il-profeti,
‘Qatt offrejtuli vittmi u sagrifiċċji
f’dawn l-erbgħin sena fid-deżert, dar Iżrael? # Atti 8,2; 19,13. #Għam 5,25-27.
43 Intom erfajtu t-tinda ta’ Molok
u l-kewkba ta’ Refan, alla tagħkom,
ix-xbihat li intom għamiltu biex tqimuhom.
U jien neżiljakom ’l hemm minn Babilonja.’
44“It-tinda tax-Xhieda kienet hemm fid-deżert ma’ missirijietna, it-tinda li Alla kien ordna lil Mosè u qallu biex jagħmilha fuq il-mudell li kien urieh.#Eż 25,9.40; 27,21; Num 1,50. 45Missirijietna, li rċevewha mingħand ta’ qabilhom, daħħluha magħhom, huma u Ġożwè, meta ħadu taħt idejhom l-art tal-ġnus li Alla keċċa ’l barra minn quddiemhom. Hemm baqgħet sa żmien David.#Ġoż 3,14-17; 18,1; 23,9; 24,18. #2 Sam 7,2-16; 1 Slat 8,17-18; 1 Kron 17,1-14; 2 Kron 6,7-8; S 132,1-5. 46David, li sab grazzja quddiem Alla, talab li jkun jista’ jsib fejn jibni dar għal Alla ta’ Ġakobb. 47Imma kien Salamun li bnihielu d-dar.#1 Slat 6,1-14; 8,19-20; 2 Kron 3,1; 5,1; 6,2-10. 48Madankollu Alla l-Għoli ma jgħammarx fi djar maħduma bl-idejn, kif jgħid il-profeta,
49 ‘Is-sema hu t-tron tiegħi,
u l-art il-mirfes għal riġlejja.
X’dar tistgħu tibnuli, jgħid il-Mulej,
jew fejn hu l-post tal-mistrieħ tiegħi? # Is 66,1-2.
50 Mhux b’idejja sar dan kollu?’
51“Ja nies ta’ ras iebsa, intom għalaqtu qalbkom u saddejtu widnejkom#7,51: Għalaqtu qalbkom u saddejtu widnejkom: litteralment: intom nies ta’ qalb u widnejn mhux ċirkonċiżi., u dejjem waqaftulu lill-Ispirtu s-Santu. Kif għamlu missirijietkom, qegħdin tagħmlu intom ukoll.#Eż 32,9; 33,3-5; Lev 26,41; Is 63,10; Ġer 9,25. 52Lil min mill-profeti ma ppersegwitawx missirijietkom? Huma qatlu lil dawk li ħabbru minn qabel il-miġja ta’ dak il-Ġust li issa intom stess ittradejtuh u qtiltuh,#2 Kron 36,16; Mt 23,31. 53intom, li rċevejtu l-Liġi minn idejn l-anġli#7,53: Minn idejn l-anġli: skont it-tradizzjoni Lhudija fi żmien Ġesù, il-Liġi ta’ Mosè kienet irrivelata u mxandra mill-anġli; ara Gal 3,19; Lhud 2,2., u ma ħaristuhiex.”#Atti 7,38; Gal 3,19; Lhud 2,2.
Stiefnu mħaġġar
54Meta semgħu dan, ħassew kliemu jinfdilhom qalbhom u bdew jgħażżu snienhom kontra tiegħu.#Ġob 16,9; S 35,16; 37,12; 112,10; Atti 5,33. 55Imma hu, mimli bl-Ispirtu s-Santu u b’għajnejh fis-sema, ra l-glorja ta’ Alla u lil Ġesù qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.#Mt 22,44; 26,64; Mk 12,36; 14,62; 16,19; Lq 20,42; 22,69; Atti 2,34; 4,8; 6,3-5; 9,17; 11,24; 13,9; Rum 8,34; Ef 1,20; Kol 3,1; Lhud 1,3-13; 8,1; 10,12; 12,2; 1 Pt 3,22. 56U qal: “Ara, qiegħed nara s-sema miftuħ u lil Bin il-bniedem fil-lemin ta’ Alla.”#Mt 3,16; Lq 3,21; Ġw 1,51; Atti 10,11; Apk 19,11. 57U huma nfexxew jgħajtu kemm jifilħu u jsoddu widnejhom. Imbagħad intefgħu fuqu lkoll f’daqqa, 58kaxkruh ’il barra mill-belt u qabdu jħaġġruh. Ix-xhieda qiegħdu ħwejjiġhom f’riġlejn żagħżugħ jismu Sawl.#Atti 22,20. 59Lil Stiefnu qabdu jħaġġruh huwa u jitlob u jgħid: “Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi.”#S 31,6; Lq 23,46. 60Imbagħad niżel għarkubbtejh u għajjat b’leħen għoli: “Mulej, tgħoddhulhomx dan id-dnub.” U kif qal hekk, miet.#Mt 27,46-50; Mk 15,34; Lq 23,34-46.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy