YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 6

6
Kapitlu 6
L-għażla tas-seba’ djakni
1F’dawk il-jiem l-għadd tad-dixxipli#6,1: L-għadd tad-dixxipli: ma għadhomx aktar il-ftit li kellu madwaru Ġesù; issa saru l-insara kollha; ara 9,1.6; 11,26. Mil-Lhud Griegi: litteralment: Ellenisti. Dawn kienu Lhud imwielda u mrobbija barra l-Palestina jew li kienu joqogħdu fi bliet Griegi barra l-Palestina, bħal Pawlu li kien minn Tarsu taċ-Ċiliċja. kien qiegħed jiżdied; għalhekk sar xi tgergir mil-Lhud Griegi kontra l-Lhud, għax dehrilhom li ma kienx hemm min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta’ kuljum.#Atti 2,45; 4,35. 2Għalhekk it-Tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli u qalulhom: “Mhux sewwa li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu fl-imwejjed. 3Mela, l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn fostkom sebat irġiel li għandhom isem tajjeb u li huma mimlijin bl-Ispirtu u bl-għerf, u nħallu din il-ħidma f’idejhom.#Atti 6,10; 10,22; 16,2; 22,12; 1 Tim 3,7; 3 Ġw 12. 4U aħna nagħtu ruħna għat-talb u għall-ministeru tal-kelma.” 5Dan il-kliem għoġob lill-ġemgħa kollha; u għażlu lil Stiefnu, bniedem mimli bil-fidi u bl-Ispirtu s-Santu, lil Filippu, lil Prokoru, lil Nikanor, lil Timon, lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita#6,5: Prosèlita: ara nota 2,11. minn Antijokja.#Atti 11,24. 6Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu idejhom fuqhom.#Atti 1,24; 13,3; 14,23.
7U l-kelma ta’ Alla kienet tixtered dejjem aktar; l-għadd tad-dixxipli kien jiżdied ħafna f’Ġerusalemm, u kotra kbira ta’ qassisin#6,7: Kotra kbira ta’ qassisin: f’Ġerusalemm kien hemm madwar 8,000 qassis ta’ diversi kategoriji; ħafna minnhom kienu mxerrda mal-Lhudija, u kienu jitilgħu Ġerusalemm meta kien imisshom is-servizz; ara Lq 1,23. kienu joqogħdu għall-fidi.#Atti 2,41-47; 4,4; 5,14; 11,21-24; 12,24; 16,5; 19,20; 21,20.
Stiefnu arrestat
8Stiefnu, kollu grazzja u qawwa, kien jagħmel mirakli u sinjali kbar fost il-poplu.#Atti 2,43; 5,12; 14,3; 15,12. 9Imbagħad qamu xi wħud minn tas-Sinagoga li jgħidulha tal-Meħlusin#6,9: Tal-Meħlusin: dawk li r-Rumani kienu jsejħulhom liberti: kienu l-Lhud li l-ġeneral Pompej fis-sena 63 QK kien ħadhom fil-jasar u mbagħad wara żmien kisbu l-libertà mill-ġdid., taċ-Ċirinej, tal-Lixandrin, u ta’ oħrajn miċ-Ċiliċja u mill-Asja, u bdew jeħduha ma’ Stiefnu; 10imma ma kellhomx ħila jiqfulu għall-għerf u għall-Ispirtu li bih kien jitkellem.#Lq 21,15; Atti 6,3. 11Imbagħad xewxu xi nies biex jgħidu: “Aħna smajnieh jidgħi b’Mosè u b’Alla.”#Mt 26,59-61; Mk 14,55-58. 12Qanqlu wkoll il-poplu u x-xjuħ u l-kittieba, li ġew għal fuqu, qabduh u ħaduh quddiem is-Sinedriju. 13U ġiebu xhieda foloz biex jgħidu: “Dan ir-raġel qatt ma jieqaf jitkellem kontra dan it-tempju mqaddes u kontra l-Liġi;#Ġer 26,11. 14smajnieh jgħid li dan Ġesù ta’ Nazaret għad iħott dan it-tempju u jbiddel id-drawwiet li tana Mosè.”#Atti 21,21. 15Dawk kollha li kienu bilqiegħda fis-Sinedriju sammru għajnejhom fuqu, u rawlu wiċċu qisu wiċċ ta’ anġlu.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 6: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in