YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 20

20
Kapitlu 20
Il-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet
(Mt 28,1-10; Mk 16,1-8; Lq 24,1-12)
1Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.#Ġw 20,19. 2Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”#Ġw 13,23; 19,26; 20,13; 21,7.20. 3Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. 4It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. 5Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. 6Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm,#Ġw 11,44. 7u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f’post għalih. 8Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen. 9Sa dak in-nhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.#S 16,10; Lq 24,26-27; Atti 2,27-31; 1 Kor 15,4. 10Imbagħad id-dixxipli reġgħu lura lejn sħabhom.
Ġesù jidher lil Marija ta’ Magdala
(Mk 16,9-11)
11Iżda Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, 12u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. 13Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.”#Ġw 20,2. 14Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù.#Lq 24,16; Ġw 21,4. 15Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex?” Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: “Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.” 16Ġesù sejħilha: “Marjam!” Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: ‘Rabbuni!’ jiġifieri Mgħallem. 17Ġesù qalilha: “La tmissnix#20,17: La tmissnix: jew iżżommnix., għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla’ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.”#Rum 8,29; Lhud 2,11-12. 18Marija ta’ Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: “Rajt lill-Mulej”, u qaltilhom x’qalilha.
Ġesù jidher lid-dixxipli tiegħu
(Mt 28,16-20; Mk 16,14-18; Lq 24,36-49)
19Dak in-nhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”#Ġw 7,13; 9,22; 19,38; 20,26; Atti 20,7. 20Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej.#Ġw 16,20-22; 19,34; 20,25-27. 21Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.”#Ġw 17,18. 22Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. 23Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.”#Mt 18,18.
Ġesù u Tumas
24Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù.#Ġw 11,16; 21,2. 25Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.”#Ġw 19,34; 20,20. 26Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”#Ġw 20,19. 27Imbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.”#Ġw 19,34; 20,20-25. 28Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” 29Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni#20,29: Emmint għax rajtni: tista’ tiġi wkoll f’forma ta’ mistoqsija.! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.”#1 Pt 1,8.
Għalfejn inkiteb dan il-ktieb
30Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li mhumiex imniżżla f’dan il-ktieb.#Ġw 21,25. 31Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta’ Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu.#Ġw 3,15; 1 Ġw 5,13.

Currently Selected:

ĠWANNI 20: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy