YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 10

10
Kapitlu 10
Pietru u Kornelju
1F’Ċesarija kien hemm wieħed jismu Kornelju, ċenturjun#10,1: Ċenturjun: ara nota Mk 15,39. Riġment: ara nota Mk 15,16. tar-riġment imsejjaħ ‘ir-Riġment Taljan’.#Atti 10,30-33. #Lq 7,2-5; Atti 27,1.3. 2Dan ir-raġel, flimkien mal-familja tiegħu kollha#10,2: Il-familja tiegħu kollha: kull min kien joqgħod fid-dar tiegħu: ġenituri, ulied, qaddejja, ilsiera u oħrajn., kien bniedem sewwa u kellu l-biża’ ta’ Alla; kien jagħmel ħafna opri ta’ karità mal-poplu u kien dejjem jitlob lil Alla. 3Darba waħda, f’xi t-tlieta ta’ wara nofsinhar, kellu dehra li fiha ra b’mod ċar anġlu ta’ Alla dieħel ħdejh u jsejjaħlu: “Kornelju!”#Atti 3,1. 4Hu ċċassa jħares lejh kollu biża’, u qal: “Dan x’inhu, Sinjur?” L-anġlu qallu: “It-talb tiegħek u l-opri tiegħek ta’ karità telgħu quddiem Alla u ftakar fik. 5Mela issa ibgħat xi rġiel f’Ġaffa, biex iġibu minn hemm lil wieħed Xmun, li jgħidulu wkoll Pietru.#Mt 10,2; Mk 3,16; Lq 6,14; Ġw 1,42; Atti 10,18; 11,13. 6Dan qiegħed għand ċertu Xmun, konzatur, li għandu d-dar ħdejn il-baħar.”#Atti 9,43; 10,32. 7X’ħin l-anġlu li kien ikellmu telaq, Kornelju sejjaħ tnejn mill-qaddejja tiegħu u suldat twajjeb minn dawk li kellu dejjem madwaru, 8qalilhom kulma kien ġralu u bagħathom lejn Ġaffa.
9L-għada, waqt li dawn kienu fit-triq u qorbu lejn il-belt, Pietru għall-ħabta ta’ nofsinhar tala’ jitlob fuq il-bejt. 10Qabdu l-ġuħ u xtaq jitrejjaq b’xi ħaġa; u ġara li, waqt li kienu qegħdin iħejjulu, daħal f’estasi. 11Lemaħ is-sema jinfetaħ, u ra xi ħaġa qisha liżar kbir, miżmum mill-erbat itruf u nieżel lejn l-art.#Atti 11,5-12. 12Fih kien hemm minn kull xorta ta’ bhejjem ta’ erba’ saqajn, annimali li jitkaxkru fuq l-art u għasafar tal-ajru. 13U sema’ leħen jgħidlu: “Qum, Pietru, oqtol u kul.” 14Imma Pietru wieġeb: “Ma jkun qatt, Mulej! Jien qatt ma kilt ikel profan u mniġġes#10,14: Ikel profan u mniġġes: skont il-Liġi ta’ Mosè l-Lhud ma kinux jistgħu jieklu kollox; l-ikel li kien ipprojbit għalihom kienu jsejħulu mniġġes, maħmuġ jew impur: ara Lev 11..”#Lev 11,1-47; Eżek 4,14. 15U l-leħen tennielu għal darb’oħra: “Dak li Alla saffa, int ma għandekx issejjaħlu mniġġes.”#Mk 7,15-19. 16Dan ġara għal tliet darbiet. Imbagħad, f’daqqa waħda, dik il-ħaġa qisha liżar reġgħet ittieħdet ’il fuq lejn is-sema.
17Pietru, kollu mħawwad, kien qiegħed jaħseb bejnu u bejn ruħu x’setgħet tfisser dik id-dehra li kellu; fl-istess ħin l-irġiel li kien bagħat Kornelju staqsew għad-dar ta’ Xmun u waslu quddiem il-bieb. 18Imbagħad sejħu lil xi ħadd u staqsew jekk Xmun, li jgħidulu Pietru, kienx qiegħed hemm.#Mt 10,2; Mk 3,16; Lq 6,14; Ġw 1,42; Atti 5,32; 11,13. 19Sadattant Pietru kien għadu mħasseb dwar dik id-dehra. U qallu l-Ispirtu: “Hawn żewġt irġiel#10,19: Hawn żewġt irġiel: Mss oħra: tlitt irġiel. qegħdin jistaqsu għalik.#Atti 11,12; 13,2. 20Fittex inżel isfel u mur magħhom, tieħu ħsieb ta’ xejn, għax jien hu li bgħatthom.” 21Pietru niżel ħdejn dawk l-irġiel u qalilhom: “Jien hu dak li qegħdin tfittxu. X’ġiebkom hawn?” 22Huma qalulu: “Bagħatna Kornelju, iċ-ċenturjun, raġel sewwa li għandu l-biża’ ta’ Alla u jixhed għalih il-poplu Lhudi kollu. Anġlu qaddis qallu biex jibgħat għalik u tmur għandu ħalli jisma’ x’għandek tgħidlu.”#Lq 7,5; Atti 10,1-5. 23Imbagħad Pietru stedinhom jibqgħu hemm.
L-għada qam u telaq magħhom, u marru wkoll miegħu xi wħud mill-aħwa ta’ Ġaffa.#Atti 10,45; 11,12. 24Il-jum ta’ wara waslu Ċesarija. Kornelju laqqa’ flimkien lil niesu u ’l ħbiebu u kien qiegħed jistenniehom. 25Xħin daħal Pietru, Kornelju mar jilqgħu u ntefa’ f’riġlejh jagħtih qima.#Atti 14,13-15; Apk 19,10. 26Imma Pietru qajmu u qallu: “Qum. Jien bniedem ukoll.” 27Huwa u jitkellem miegħu, baqa’ dieħel ġewwa, u hemm sab ħafna nies miġbura flimkien. 28U qalilhom: “Intom tafu li mhijiex ħaġa sewwa għal wieħed Lhudi li jissieħeb ma’ wieħed barrani jew li jersaq lejh. Imma lili Alla wrieni li ebda bniedem ma għandi nsejjaħlu profan jew imniġġes.#Atti 10,15; 11,19. 29Għalhekk xejn ma sibtha bi tqila biex niġi hawn meta bagħat għalija. Issa, nistaqsi jien, għalfejn bgħatt għalija?” 30U Kornelju wieġbu: “Erbat ijiem ilu, bħal dan il-ħin, kont id-dar ngħid it-talba tat-tlieta ta’ wara nofsinhar. F’daqqa waħda rajt raġel bi lbies ilellex wieqaf ħdejja,#Atti 10,1-9. #Atti 1,10; 3,1. 31u qalli, ‘Kornelju, Alla sama’ t-talb tiegħek u laqa’ l-opri tal-karità tiegħek u ftakar fik. 32Mela issa ibgħat lil xi ħadd f’Ġaffa għand Xmun, li jgħidulu Pietru, u għidlu jiġi għandek. Dan qiegħed fid-dar ta’ Xmun, il-konzatur, ħdejn il-baħar.’#Mt 10,2; Mk 3,16; Lq 6,14; Ġw 1,42; Atti 9,43; 10,6-18; 11,13. 33Għalhekk jien malajr bgħatt għalik; u int għamilt sewwa li ġejt. Issa aħna qegħdin hawn ilkoll quddiem Alla, biex nisimgħu dak kollu li l-Mulej iridek tgħidilna.”
Id-diskors ta’ Pietru fid-dar ta’ Kornelju
34Pietru qabad jitkellem u qal: “Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd,#Dt 10,17; 2 Kron 19,7; Rum 2,11; Gal 2,6; Ef 6,9; Kol 3,25; 1 Pt 1,17. 35imma jilqa’ lil kull min għandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu jkun. 36Huwa bagħat il-kelma tiegħu lil ulied Iżrael u xandrilhom is-sliem permezz ta’ Ġesù Kristu, li hu s-Sid ta’ kollox.#S 107,20; Is 52,7; Apk 17,14; 19,16. 37Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni kien xandar il-magħmudija;#Mt 4,12-17; Mk 1,14. 38tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu.#Is 61,1; Lq 4,18; Ġw 3,2. 39U aħna xhud ta’ dak kollu li hu għamel fl-art tal-Lhudija u f’Ġerusalemm.
“Tawh il-mewt billi dendluh mal-għuda tas-salib; 40imma Alla qajmu mill-imwiet fit-tielet jum u għamel li hu jidher,#Ġw 14,19.22. 41mhux lil kulħadd, imma lix-xhieda li Alla għażel minn qabel, lilna, li miegħu kilna u xrobna wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet.#Lq 24,30.42; Ġw 21,12-13; Atti 1,4. 42Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin.#Atti 17,31; Rum 14,9; 2 Tim 4,1; 1 Pt 4,5. 43Il-profeti kollha jixhdu għalih u jgħidu li kull min jemmen fih jaqla’ l-maħfra tad-dnubiet bis-saħħa ta’ ismu#10,43: Ismu: ara nota 4,7..”#Is 53,5-6; Ġer 31,34; Dan 9,24.
Il-pagani jirċievu l-Ispirtu s-Santu
44Meta Pietru kien għadu qiegħed jgħid dan, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq dawk kollha li kienu jisimgħuh.#Atti 11,15; 15,8. 45Dawk li kienu marru ma’ Pietru, Lhud li kienu emmnu#10,45: Lhud li kienu emmnu: litteralment: iċ-ċirkonċiżi li kienu emmnu. Mela kienu Lhud li kienu saru nsara. Minn issa ’l quddiem irridu nżommu quddiem għajnejna d-distinzjoni bejn Lhud bħala razza u Lhud fis-sens reliġjuż., stagħġbu kif Alla sawwab id-don tal-Ispirtu s-Santu fuq il-pagani wkoll. 46Għax semgħuhom jitkellmu bl-ilsna u jfaħħru l-kobor ta’ Alla. Imbagħad Pietru qal:#Mk 16,17; Atti 2,4-11; 19,6. 47“Jista’ xi ħadd jiċħad l-ilma tal-magħmudija lil dawn in-nies, li ħadu l-Ispirtu s-Santu bħalma ħadnieh aħna wkoll?”#Atti 8,36. 48U ordna li jitgħammdu fl-isem ta’ Kristu#10,48: Fl-isem ta’ Kristu: Mss oħra: Fl-isem ta’ Ġesù Kristu.. Imbagħad huma talbuh jibqa’ għal ftit jiem magħhom.#Ġw 4,40; Atti 19,5.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 10: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy