Ħananija telaq lejn id-dar ta’ Ġuda, daħal, qiegħed idejh fuq Sawl u qallu: “Sawl, ħija, il-Mulej Ġesù, li deherlek fit-triq inti u ġej hawn, bagħatni biex terġa’ tieħu d-dawl u timtela bl-Ispirtu s-Santu.” F’daqqa waħda waqa’ bħal qxur minn għajnejh u raġa’ beda jara. Imbagħad qam u tgħammed