Imbagħad l-Ispirtu qal lil Filippu: “Mur ersaq maġenb il-karru.” Filippu mar jgħaġġel lejn ir-raġel. Kif semgħu jaqra l-ktieb tal-profeta Isaija staqsieh: “Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?” Dak wieġbu: “Kif nista’ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?” Imbagħad stieden lil Filippu biex jitla’ bilqiegħda ħdejh.