YouVersion logotips
Meklēt ikonu

2 MAKKABIN 7

7
Kapitlu 7
Il-martirju tas-sebat aħwa u ommhom
1Ġara li qabdu wkoll sebat aħwa u ’l ommhom; u s-sultan beda biex jisfurzahom bid-daqqiet tas-swat u tan-nerv biex jieklu l-laħam tal-majjal li ma jiswiex. 2Wieħed minnhom beda jitkellem f’isem l-oħrajn u qal: “X’int tfittex tistaqsi u trid taf minna? Aħna lesti mmutu, imma m’aħniex lesti niksru l-liġijiet ta’ missirijietna.”
3Is-sultan intilef f’dagħdigħa, u ordna li jsaħħnu l-gradilji u l-kaldaruni. 4Kif saru ġamra nar, ordna li jaqtgħu lsien dak li tkellem f’isimhom, iqaxxrulu l-ġilda ta’ rasu, u jaqtgħulu idejh u riġlejh taħt għajnejn ommu u ħutu l-oħra. 5Meta ġibuh ma jiswa għal xejn ordnalhom li jwaddbuh fin-nar, kif kien għadu jieħu n-nifs, u jixwuh fuq il-gradilja. Waqt li minn fuq il-gradilja l-fwar kien jimla kullimkien, l-oħrajn flimkien ma’ ommhom bdew jagħmlu l-qalb lil xulxin biex imutu ta’ qalbiena, u bdew jgħidu: 6“Il-Mulej Alla jara mill-għoli u żgur għad ikollu ħniena minna bħalma ddikjara Mosè fl-għanja tiegħu u qalilhom f’wiċċhom: ‘Il-qaddejja tiegħu jħenn għalihom.”#Dt 31,21-26; 32,36.
7Malli miet l-ewwel wieħed b’dan il-mod, ġiebu t-tieni għat-tortura. Qalgħulu l-ġilda ta’ rasu bix-xagħar b’kollox u staqsewh: “Trid tiekol qabel ma ntertqulek ġismek kollu biċċa biċċa?” 8U hu weġibhom b’ilsien missirijietu#7,8: Weġibhom b’ilsien missirijietu: kellimhom bl-Aramajk, l-ilsien f’fomm il-poplu dak iż-żmien. Ma kellimhomx bil-Grieg. L-awtur sagru jinsisti fuq dan bħala sinjal ta’ identità nazzjonali u kulturali. u qalilhom: “Ma jkun qatt.” U għalhekk wara l-ewwel wieħed dan ukoll ħa t-tortura bħalu. 9Kif kien fl-aħħar nifs qallu: “Int, bniedem mill-agħar, int se ċċaħħadna mill-ħajja ta’ issa, imma s-sultan tad-dinja għad iqajjimna#7,9: Is-sultan tad-dinja għad iqajjimna: stqarrija ta’ fidi fil-qawmien mill-imwiet, ġisem u ruħ; ara vv. 11,14,23,29,36; 12,44; 14,46; Dan 12,2. għall-ħajja ta’ dejjem, lilna li se mmutu għal-liġijiet tiegħu.”#2 Mak 12,44; 14,46; Dan 12,2; Lhud 11,35.
10Imbagħad wara dan bdew jittorturaw it-tielet wieħed u malli talbuh ħareġ minnufih ilsienu u bla biża’ ta’ xejn midd idejh 11u ta’ qalbieni li kien għajjat: “Mis-sema ksibthom dawn, u għal-liġijiet tiegħu jien nistmerrhom, għax mingħandu nittama li għad nerġa’ niksibhom.”#2 Mak 12,43-45. 12Saħansitra s-sultan u dawk ta’ madwaru stagħġbu bil-qawwa ta’ dan iż-żagħżugħ, kif l-uġigħ ma kien iqisu xejn.
13Meta miet dan bdew jittorturaw u jbiċċru r-raba’ wieħed bl-istess mod. 14Meta wasal fl-aħħar qal: “Aħjar li wieħed imut b’idejn il-bnedmin meta jkollu t-tama mingħand Alla li għad iqajmu mill-ġdid. Imma għalik m’hemmx qawmien għall-ħajja.”
15Imbagħad ġiebu l-ħames wieħed u bdew jittorturawh. 16Iżda hu ħares lejn is-sultan u qallu: “Int għandek is-setgħa fost il-bnedmin u tista’ tagħmel li trid, imma int ukoll għad tmut. Iżda taħsibx li l-ġens tagħna Alla abbandunah.#2 Mak 5,17; 6,12-16. 17Stenna, u int għad tara l-qawwa kbira tiegħu, kif hu għad jikkastiga lilek u lil nislek.”
18Wara dan ġiebu s-sitt wieħed, u meta ġie biex imut qal: “Timliex rasek għal xejn; aħna qegħdin insofru dan għax dnibna kontra Alla tagħna stess. Għalhekk saru dawn il-ħwejjeġ tal-għaġeb. 19Int, imma, wara li rfajt idejk biex teħodha kontra Alla, taħsibx li se tibqa’ bla kastig.”#2 Kron 13,12; Atti 5,39.
20Imma tal-għaġeb bla qjies kienet l-omm, u ta’ min ifakkarha u jfaħħarha. Rat is-seba’ wliedha jinqerdu fi żmien jum wieħed u sofriet minn qalbha, minħabba t-tama li kellha fil-Mulej. 21Mimlija bi ħsibijiet kbar, qawwiet bil-ħila ta’ raġel il-qalb tagħha ta’ mara u b’ilsien missirijietha, wieħed wara l-ieħor, qawwitilhom qalbhom bi kliemha. 22“Jien ma nafx kif feġġejtu f’ġufi, ma kontx jien li tajtkom in-nifs u l-ħajja, lanqas ma kont jien li għaqqadtilkom il-bċejjeċ ta’ ġisimkom.#S 139,13-15; Ġob 10,8-12; Koħ 11,5. 23Il-ħallieq tad-dinja, li sawwar in-nisel tal-bniedem u fassal il-bidu ta’ kollox għad iroddilkom lura n-nifs u l-ħajja fil-ħniena tiegħu, bħalma issa ma intom tqisu xejn lilkom infuskom minħabba l-liġijiet tiegħu.”
24Antijoku ħass u ħaseb li kienet qiegħda tgħajru u żżebilħu bi kliemha. Billi kien għad baqa’ l-iżgħar wieħed, mhux biss ħeġġu bi kliemu, imma wkoll beda jaħliflu u jwiegħdu li jagħnih u jagħmlu l-aktar bniedem hieni jekk iħalli l-liġijiet ta’ missirijietu, u li jgħoddu bħala ħabibu u jafdalu f’idejh uffiċċji pubbliċi. 25Billi ż-żagħżugħ ma tahx widen, is-sultan sejjaħ lil ommu u talabha tagħti parir lit-tifel għall-ġid tiegħu. 26Wara li dam jgħidilha ħafna, aċċettat li ddawwar lil binha. 27Mielet lejh u hi u tiddieħak bit-tirann kiefer, bdiet tkellmu b’ilsien missirijietha: “Ibni, ħenn għalija, li għal disa’ xhur sħaħ ġarrejtek f’ġufi, u għal tliet snin reddajtek, rabbejtek u wassaltek sa din l-età, u tmajtek. 28Nitolbok, ibni, ħares lejn is-sema u l-art, u ara kulma fihom. Kun af li mix-xejn għamilhom Alla#7,28: Mix-xejn għamilhom Alla: Alla ħalaq kollox mix-xejn bis-saħħa tar-rieda u l-kelma kreattiva tiegħu; ara Ġen 1,1-31; Lhud 11,3.; hekk ukoll sar ġens il-bniedem.#Rum 4,17. 29Tibżax minn dan il-biċċier, imma kun ta’ ġieħ għal ħutek u ilqa’ l-mewt, sabiex jien niksbek mill-ġdid fi żmien il-ħniena flimkien ma’ ħutek.”
30Hi u titkellem, iż-żgħażugħ qal: “X’intom tistennew? M’iniex se nobdi d-digriet tas-sultan; nobdi biss id-digriet tal-Liġi mogħtija lil missirijietna permezz ta’ Mosè. 31U int li vvintajt kull xorta ta’ deni kontra l-Għebrej, m’intix se taħrab idejn Alla. 32Aħna qegħdin insofru minħabba ħtijietna.#2 Mak 5,17; 6,12-16; 7,16-19. 33Jekk il-Mulej ħaj hu inkurlat għalina, dan għal ftit taż-żmien biex jikkastigana u jwiddibna, imma mill-ġdid għad jerġa’ jitħabbeb mal-qaddejja tiegħu. 34Iżda inti, ja midgħi u bniedem mill-agħar fost il-bnedmin, la titkabbarx fil-vojt u tintefaħx b’tamiet fiergħa, int u terfa’ jdejk fuq ulied is-sema. 35Għadek ma ħlistx mill-ħaqq ta’ Alla li jista’ kollox u kollox jara. 36Ħutna, wara li sofrew it-tbatija għal ftit taż-żmien, issa laħqu l-ħajja ta’ dejjem permezz tal-wegħda ta’ Alla. Imma int, permezz tal-ġudizzju ta’ Alla, għad tieħu l-ħlas ġust li jmiss lil kburitek. 37Jiena issa, bħal ħuti, se nagħti ġismi u ħajti għal-liġijiet ta’ missirijieti, u nitlob lil Alla li jħenn mill-aktar fis għall-ġens tiegħu u lilek bl-uġigħ u bis-swat iġagħlek tistqarr li hu waħdu Alla. 38U jalla l-korla ta’ dak li jista’ kollox, li bir-raġun kollu waqgħet fuq il-ġens tagħna, tintemm fija u f’ħuti.”
39Is-sultan, mitluf f’dagħdigħa, ifferoċja għalih, aktar milli għall-oħrajn, għax ma felaħx għal ilsienu. 40U dan ukoll miet, bla tebgħa u b’fiduċja sħiħa f’kollox fil-Mulej.#Lhud 11,35. 41Fl-aħħar, imbagħad, wara wliedha, inqerdet l-omm ukoll.
42U issa għedna biżżejjed fuq l-ikel tal-vittmi tas-sagrifiċċji u l-ħruxija bla qjies.

Pašlaik izvēlēts:

2 MAKKABIN 7: MB20

Izceltais

Kopēt

Salīdzināt

Dalīties

None

Vai vēlies, lai tevis izceltie teksti tiktu saglabāti visās tavās ierīcēs? Reģistrējieties vai pierakstieties