MATTEW 20
20
Kapitlu 20
Il-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli
1“Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli.#Mt 21,28-33. 2Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar#20,2: Dinar: ara 18,28. kull jum u bagħathom l-għalqa.#Tob 5,15. 3Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa#20,3: It-tielet siegħa: il-ġurnata tal-Palestina kienet tibda fis-sitta ta’ filgħodu u tispiċċa fis-sitta ta’ filgħaxija, u kienet imqassma fi tnax-il siegħa. Minn hawn jiġi li s-sid ħareġ ifittex il-ħaddiema kmieni ħafna, jiġifieri mas-sebħ u qabel beda l-jum, imbagħad f’xi d-9.00 a.m., f’12.00 p.m., fit-3.00 p.m. u fil-5.00p.m., ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, 4u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru. 5Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess. 6Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, ‘Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’ 7Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna.’ Qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa.’ 8Għal filgħaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, ‘Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk tal-ewwel.’#Lev 19,13; Dt 24,15. 9Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed. 10Ġew tal-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed. 11Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid 12u jgħidu, ‘Dawn tal-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!’ 13Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, ‘Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b’dinar ftehemt miegħi? 14Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan tal-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek. 15Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?’#Mt 6,23; Mk 7,22. 16Hekk tal-aħħar jiġu l-ewwel, u tal-ewwel jiġu l-aħħar.”#Mt 19,30; Mk 10,31; Lq 13,30.
It-tielet taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta’ Ġesù
(Mk 10,32-34; Lq 18,31-33)
17Huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: 18“Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt,#Mt 16,21; 17,22-23; Lq 9,22. 19jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.”#Mt 16,21; 17,23; Lq 9,22; 24,7.46; Atti 10,40; 1 Kor 15,4.
It-talba ta’ omm Ġakbu u Ġwanni
(Mk 10,35-45)
20Imbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. 21“Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.”#Mt 19,28; Lq 22,30. 22U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu.#Mt 26,39; Ġw 18,11. 23“Il-kalċi tiegħi,” qalilhom, “tixorbuh, iva, imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew ix-xellug tiegħi, din mhijiex ħaġa li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom hi mħejjija minn Missieri.” 24L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkurlaw għaż-żewġt aħwa. 25Imma Ġesù sejħilhom u qalilhom: “Tafu intom, fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom is-setgħa.#Lq 22,25-26. 26Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom,#Mt 23,11; Mk 9,35; Lq 9,48. 27u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom. 28Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.”#Lq 22,27; Fil 2,7; 1 Tim 2,6.
Ġesù jfejjaq żewġ għomja
(Mk 10,46-52; Lq 18,35-43)
29Huma u ħerġin minn Ġeriko#20,29: Ġeriko: belt fil-Punent tax-xmara Ġordan u fil-Lvant ta’ Ġerusalemm. marret warajh kotra kbira ta’ nies.#Mt 9,27. 30Kien hemm żewġ għomja bilqiegħda mal-ġenb tat-triq, u semgħu li kien għaddej Ġesù; u qabdu jgħajtu u jgħidu: “Mulej, Bin David, ikollok ħniena minna!”#Mt 15,22. 31In-nies bdew iċanfruhom biex isikktuhom, iżda huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu: “Mulej, Bin David, ikollok ħniena minna!” 32Ġesù waqaf u sejħilhom: “Xi triduni nagħmlilkom?” qalilhom. 33“Li jinfetħulna għajnejna, Mulej,” qalulu. 34Ġesù tħassarhom, messilhom għajnejhom, u minnufih bdew jaraw. U baqgħu miexja warajh.#Mt 9,29-30.
Currently Selected:
MATTEW 20: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.