MATTEW 10
10
Kapitlu 10
Ġesù jagħżel it-Tnax
(Mk 3,13-19; Lq 6,12-16)
1Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena#10,1: L-ispirti ħżiena: litteralment: spirti mniġġsa, impuri, fis-sens ta’ midinbin. biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.#Mk 6,7; Lq 7,21; 9,4.
2L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni,#Ġw 1,40-41. 3Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew,#Ġw 1,43. 4Xmun il-Kanani#10,4: Il-Kanani: Lq 6,15; zelotes, traduzzjoni tal-kelma Aramajka Kanawi, għajjur, imħeġġeġ. Xi wħud jaħsbu li Xmun kien wieħed tal-partit jew moviment estremista kontra r-Rumani., u Ġuda l-Iskarjota#10,4: L-Iskarjota: aktarx il-Qirjot, jiġifieri raġel minn Qirjot, li hu raħal fil-wied ta’ Kedron fin-Nofsinhar ta’ Ġerusalemm., li mbagħad ittradieh.#Mt 26,25; 27,3; Mk 14,44; Ġw 6,64; 12,4; 13,11; 18,2-5.
Il-missjoni tat-Tnax
(Mk 6,7-13; Lq 9,1-6)
5Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b’dawn l-ordnijiet: “Taqbdux triq il-pagani, u tidħlux f’belt tas-Samaritani; 6imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta’ Iżrael.#Ġer 50,6; Mt 15,24. 7Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.#Mt 3,2; 4,17; Lq 10,9-11. 8Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. 9Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; 10u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.#Num 18,31; Lq 10,4-7; 1 Kor 9,14; 1 Tim 5,18. 11Fil-belt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn hemm. 12Meta tidħlu f’dar, sellmu lin-nies tagħha,#Lq 10,5-6. 13u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa’ lura għandkom is-sliem tagħkom. 14Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu ’l barra minn dik id-dar jew belt u farfru t-trab ta’ saqajkom.#Lq 10,10-12. #Atti 13,51. 15Tassew, ngħidilkom, li jum il-ħaqq ikun eħfef għal Sodoma u Gomorra#10,15: Sodoma u Gomorra: żewġt ibliet fl-inħawi tal-Baħar il-Mejjet, meqruda b’xita tan-nar minħabba dnubiethom fi żmien il-Patrijarki; ara Ġen 18 u 19. milli għal dik il-belt.#Ġen 18,20—19,28; Mt 11,24; Lq 10,12; 2 Pt 2,6; Ġuda 7.
Id-dixxipli ta’ Ġesù jkunu ppersegwitati
(Mk 13,9-13; Lq 21,12-19)
16“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem.#Lq 10,3; Ġw 10,12; Atti 20,29; Rum 16,19. 17Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati#10,17: Qrati: it-tribunali lokali marbuta mas-sinagogi., jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom,#Mk 13,9; Lq 21,12-13. 18itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. 19Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu.#Mk 13,11-13; Lq 21,14-19. #Lq 12,11-12. 20Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom. 21L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt.#Mik 7,6. 22U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma min jibqa’ jżomm sħiħ sal-aħħar, dan isalva.#Mt 24,9-13. 23Jekk jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta’ Iżrael sa ma jiġi Bin il-bniedem.#Mt 16,27-28; 24,44.
24“Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu.#Lq 6,40; Ġw 13,16; 15,20. 25Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul#10,25: Begħelżebul: isem il-prinċep tax-xjaten; ara 2 Slat 1,2; Mk 3,22., kemm aktar lin-nies ta’ daru!
Minn min għandkom tibżgħu
(Lq 12,2-9)
26“Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.#Mk 4,22; Lq 8,17. 27Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut. 28U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.#Ġak 4,12. 29Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ missierkom. 30Intom imbagħad sa x-xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud.#Atti 27,34. 31Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.#Mt 6,26.
Id-dixxiplu jistqarr li hu ma’ Ġesù
(Lq 12,8-9)
32“Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.#Apk 3,5. 33Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.#Mk 8,38; Lq 9,26; 2 Tim 2,12.
Mhux il-paċi, imma s-sejf
(Lq 12,15-53; 14,26-27)
34“Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf.
35 Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru,
lill-bint minn ommha,
u lill-mara minn omm żewġha; #
Mik 7,6.
36 u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu.
37Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi.#Dt 33,9. 38U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi.#Mt 16,24; Mk 8,34; Lq 9,23. 39Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.#Mt 16,25; Mk 8,35; Lq 9,24; 17,33; Ġw 15,25.
Il-ħlas tal-bniedem ġust
(Mk 9,41)
40“Min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni.#Mt 18,5; Mk 9,37; Lq 10,16; Ġw 12,44; 13,20; Gal 4,14. 41Min jilqa’ profeta għax hu profeta, ħlas ta’ profeta jieħu; u min jilqa’ bniedem ġust għax hu ġust, ħlas ta’ wieħed ġust jieħu. 42U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu.”#Mk 9,41.
Currently Selected:
MATTEW 10: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.