1
ĠWANNI 19:30
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: “Kollox hu mitmum!” Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.
Compare
Explore ĠWANNI 19:30
2
ĠWANNI 19:28
Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: “Għandi l-għatx!”
Explore ĠWANNI 19:28
3
ĠWANNI 19:26-27
Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
Explore ĠWANNI 19:26-27
4
ĠWANNI 19:33-34
Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh. Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.
Explore ĠWANNI 19:33-34
5
ĠWANNI 19:36-37
Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid, ‘Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu.’ U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid, ‘Huma għad iħarsu lejn min nifdu.’
Explore ĠWANNI 19:36-37
6
ĠWANNI 19:17
Ġesù rafa’ s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ ‘il-Qorriegħa’, bil-Lhudi Golgota.
Explore ĠWANNI 19:17
7
ĠWANNI 19:2
Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.
Explore ĠWANNI 19:2
YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy
Home
Bible
Plans
Videos