1
ĠENESI 22:14
Il-Bibbja
MB20
U Abraham semma dak il-post: “Jaħweh-jire, jiġifieri, il-Mulej jipprovdi,” kif għadu jingħad sal-lum: “Fuq il-muntanja Jaħweh-jire, il-Mulej jipprovdi.”
Compare
ĠENESI 22:14 ખોજ કરો
2
ĠENESI 22:2
U qallu: “Aqbad lil ibnek il-waħdieni, li inti tħobb, lil Iżakk; u mur lejn l-art ta’ Morija, u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien se ngħidlek.”
ĠENESI 22:2 ખોજ કરો
3
ĠENESI 22:12
“La tmiddx idek fuq iż-żagħżugħ u tagħmillu ebda ħsara; għax issa naf li inti tibża’ minn Alla, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni.”
ĠENESI 22:12 ખોજ કરો
4
ĠENESI 22:8
U Abraham wieġbu: “Alla jaħseb hu għall-ħaruf għas-sagrifiċċju, ibni.” U baqgħu sejrin it-tnejn flimkien.
ĠENESI 22:8 ખોજ કરો
5
ĠENESI 22:17-18
jien inbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar; u nislek għad jiret bwieb l-għedewwa tiegħu. U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti.”
ĠENESI 22:17-18 ખોજ કરો
6
ĠENESI 22:1
U wara dawn il-ġrajja Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: “Abraham!” U hu wieġbu: “Hawn jien!”
ĠENESI 22:1 ખોજ કરો
7
ĠENESI 22:11
U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulej mis-smewwiet u qallu: “Abraham, Abraham!” U dan wieġbu: “Hawn jien.” U qallu
ĠENESI 22:11 ખોજ કરો
8
ĠENESI 22:15-16
U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet u qallu: “Naħlef fuq ruħi - oraklu tal-Mulej - la darba int għamilt ħaġa bħal din, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni
ĠENESI 22:15-16 ખોજ કરો
9
ĠENESI 22:9
U waslu fil-post li kien semmielu Alla; u hemm Abraham bena l-artal u firex il-ħatab fuqu, u rabat lil ibnu Iżakk u qiegħdu fuq l-artal, fuq il-ħatab.
ĠENESI 22:9 ખોજ કરો