LUQA 10
MB20

LUQA 10

10
Kapitlu 10
Il-missjoni tat-72 dixxiplu
1Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra#10,1: Tnejn u sebgħin oħra: test ieħor iniżżel sebgħin; it-test Lhudi ta’ Ġen 10 isemmi 70 nazzjon, filwaqt li t-test Grieg isemmi 72. u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu.#Mk 6,7. 2U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.#Mt 9,37-38; Ġw 4,35. 3Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. 4Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.#Mt 10,7-14. #Lq 9,3. 5Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu, ‘Is-sliem lil din id-dar.’ 6U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa’ lura għandkom. 7Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra.#Lq 9,4; 1 Kor 9,6-14; 1 Tim 5,18. 8F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom;#1 Kor 10,27. 9fejqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom, ‘Is-Saltna ta’ Alla waslitilkom.’ 10Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu,#Lq 9,5. 11‘Sa t-trab ta’ beltkom infarfru minn ma’ riġlejna, u nħalluh għalikom#10,11: U nħalluh għalikom: ara Mk 6,11.. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta’ Alla waslet.’#Atti 13,51; 18,6. 12Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt.#Mt 10,15; 11,24; Ġen 19,24-25.
Saħta fuq il-bliet li ma nidmux
(Mt 11,20-24)
13“Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied.#Is 23; Eżek 26—28; Ġoel 3,4-5; Għam 1,9-10; Żak 9,2-4. 14Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. 15U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet!#Is 14,13-15. 16Min jisma’ lilkom ikun jisma’ lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; imma min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni.”#Mt 10,40; Ġw 5,23; 15,23.
It-72 jerġgħu lura għand Ġesù
17It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek!” 18U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema.#Is 14,12; Ġw 12,31; Apk 12,8-9. 19Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom.#S 91,13; Mk 16,18. 20Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet.”#Mt 7,22; Fil 4,3; Apk 3,5.
Il-ferħ ta’ Ġesù
(Mt 11,25-27; Mk 13,16-17)
21F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.#1 Kor 1,26-28. 22Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.”#Ġw 3,35. 23Imbagħad dar lejn id-dixxipli u qal lilhom weħidhom: “Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qegħdin taraw intom.#Mt 13,16. 24Għax kif ngħidilkom jien, ħafna profeti u slaten riedu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx!”#1 Pt 1,10.
Il-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb
25Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”#Mt 19,16; Mk 10,17; Lq 18,18. 26Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” 27U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”#Lev 19,18; Dt 6,5; 10,12; Ġoż 22,5; Mt 19,19; 22,37-39; Mk 12,31; Rum 13,9; Gal 5,14; Ġak 2,8. 28“Sewwa weġibt,” qallu Ġesù, “agħmel hekk u tgħix.”#Lev 18,5; Rum 10,5; Gal 3,12. 29Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” 30U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet. 31Inzerta kien nieżel qassis minn dik it-triq u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. 32Hekk ukoll wieħed levita#10,32: Levita: il-leviti kellhom jieħdu ħsieb il-kant, it-tħejjija għas-sagrifiċċji u l-bon ordni fit-tempju., meta wasal hemm u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. 33Imma kien għaddej minn hemm wieħed Samaritan, wasal ħdejh, rah u tħassru. 34Resaq lejh, dewwielu l-ġrieħi biż-żejt u l-inbid#10,34: Dewwielu l-ġrieħi biż-żejt u l-inbid: iż-żejt kien użat biex itaffi l-uġigħ, u l-inbid biex inaddaf il-ġrieħi; ara Is 1,6. u rabathomlu, u mbagħad tellgħu fuq il-bhima tiegħu, wasslu f’lukanda u ħa ħsiebu 35L-għada ħareġ biċċtejn flus, tahom lil tal-lukanda u qallu, “Ħu ħsiebu; jekk tonfoq xi ħaġa iżjed, irroddhielek jien meta nerġa’ ngħaddi.’ 36Minn dawn it-tlieta, int min jidhirlek li ġieb ruħu ta’ proxxmu ma’ dak li waqa’ f’idejn il-ħallelin?” 37“Min ħenn għalih,” wieġbu dak. “Mur,” qallu Ġesù, “u agħmel hekk int ukoll.”
Ġesù jżur lil Marta u Marija
38Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta.#Ġw 11,1; 12,2-3. 39Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. 40Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!” 41Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; 42imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex.”

Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.


Learn more about IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA