YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 21

21
Kapitlu 21
Il-vjaġġ ta’ Pawlu lejn Ġerusalemm
1Meta nfridna minnhom, qlajna ’l barra u bqajna sejrin dritt lejn Kos; l-għada wasalna Rodi, u minn hemm morna Patara. 2Sibna ġifen sejjer lejn il-Feniċja, tlajna fuqu u tlaqna. 3Ilmaħna ’l Ċipru u ħallejnieh fuq in-naħa tax-xellug; bqajna sejrin lejn is-Sirja u nżilna Tir, għax hemm il-ġifen kellu jħott it-tagħbija. 4Hawnhekk sibna d-dixxipli u bqajna hemm sebat ijiem; dawn, imnebbħin mill-Ispirtu s-Santu, qalu lil Pawlu biex ma jitlax Ġerusalemm.#Atti 20,23. 5Imma meta għaddew dawk il-jiem, aħna u telqin minn hemm, ġew huma lkoll, bin-nisa u t-tfal tagħhom, biex iwassluna sa barra l-belt. Imbagħad ilkoll inżilna għarkubbtejna f’xatt il-baħar u tlabna;#Atti 20,36. 6sellimna lil xulxin, aħna tlajna fuq il-ġifen, u huma reġgħu lura lejn djarhom.
7Komplejna l-vjaġġ bil-baħar u minn Tir wasalna Ptolemajs; sellimna lill-aħwa u għaddejna ġurnata magħhom. 8L-għada tlaqna u morna Ċesarija#21,8: Ċesarija: belt f’xatt il-Lhudija, mibnija minn Erodi l-Kbir; fejn kien joqgħod il-Gvernatur jew Prokuratur Ruman tal-Palestina. Is-Sebgħa: ara nota 6,5.; dħalna fid-dar ta’ Filippu l-evanġelista, wieħed mis-Sebgħa u qgħadna għandu.#Atti 6,5; 8,40. 9Dan kellu erba’ xebbiet, li kellhom id-don tal-profezija.#Ġoel 3,1-2; Atti 2,17. 10Wara li konna ilna hemm għal ħafna jiem, niżel mil-Lhudija wieħed profeta, jismu Agabu,#Atti 11,28. 11ġie għandna, qabad il-ħżiem ta’ Pawlu, rabat bih riġlejh u idejh u qal: “Dan jgħid l-Ispirtu s-Santu: Hekk għad jorbtuh il-Lhud f’Ġerusalemm lir-raġel li tiegħu hu dan il-ħżiem, u jagħtuh f’idejn il-pagani.”#Ġw 21,18; Atti 20,23; 21,23. 12Malli smajna dan, aħna u n-nies tal-post bdejna nitolbuh minn qalbna biex ma jitlax Ġerusalemm. 13Imma Pawlu wieġeb: “Għalfejn qegħdin tibku u tiksruli qalbi? Jien lest biex, għall-isem tal-Mulej Ġesù, mhux biss jorbtuni f’Ġerusalemm, imma wkoll jagħtuni l-mewt.”#Atti 20,24. 14Billi ma ried jisma’ b’xejn, aħna skitna u għedna biss: “Tkun magħmula r-rieda tal-Mulej!”#Mt 26,39; Mk 14,36; Lq 22,42.
15Wara dawn il-jiem lestejna kollox u tlajna Ġerusalemm. 16Ġew magħna xi dixxipli minn Ċesarija u ħaduna noqogħdu għand Mnason, raġel minn Ċipru u wieħed mill-ewwel dixxipli.
Pawlu jżur lil Ġakbu
17Meta wasalna Ġerusalemm, l-aħwa laqgħuna bil-ferħ. 18L-għada Pawlu mar magħna għand Ġakbu#21,18: Ġakbu: ara noti 12,17; 15,13. u kien hemm il-presbiteri kollha.#Atti 15,2-13; Gal 1,19. 19Pawlu sellmilhom u għarrafhom ħaġa b’ħaġa b’dak kollu li Alla kien għamel fost il-pagani permezz tal-ministeru tiegħu.#Atti 15,12. 20Meta semgħu dan, bdew ifaħħru lil Alla. Imbagħad qalulu: “Qiegħed tara, ħi, kemm eluf ta’ Lhud emmnu? U dawn kollha għadhom imħeġġa għal-Liġi.#Atti 15,1.5. 21Huma semgħu li int qiegħed tgħallem lil-Lhud li qegħdin fost il-pagani biex jinfirdu minn Mosè, u tgħidilhom biex ma jagħmlux iċ-ċirkonċiżjoni lil uliedhom u anqas ma jimxu skont id-drawwiet tagħhom.#Atti 15,30; 16,3; 21,28; Gal 2,3. 22Issa x’se nagħmlu? Għax, hekk jew hekk, jisimgħu li ġejt hawn. 23Għalhekk agħmel kif se ngħidulek aħna. Għandna magħna erbat irġiel li għamlu wegħda;#Num 6,5-18; 21; Atti 18,18. 24ħudhom u mur issieħeb magħhom għall-purifikazzjoni, u ħallsilhom biex iqaxxru rashom#21,24: Iqaxxru rashom: ara nota 18,18.. Hekk kulħadd isir jaf li ma hemm xejn minn dak li semgħu fuqek, imma li int stess qiegħed timxi skont il-Liġi u tħarisha. 25Imbagħad dwar il-pagani li emmnu, aħna ktibnielhom li d-deċiżjoni tagħna hi li huma għandhom iħarsu rwieħhom#21,25: Iħarsu rwieħhom: ara nota 15,29. mill-ikel issagrifikat lill-idoli, mid-demm, mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin.”#Atti 15,19-29. 26L-għada mela Pawlu ħa miegħu dawk l-irġiel u, wara li temmew flimkien ir-rit tal-purifikazzjoni, daħal fit-tempju biex javża li billi kien għalaq iż-żmien tal-purifikazzjoni, kellu jagħti l-offerta għal kull wieħed minnhom.#Num 6,2-5; 13,21; 1 Kor 9,20.
Pawlu arrestat fit-tempju
27Is-sebat ijiem kienu waslu fl-aħħar, meta l-Lhud tal-Asja rawh fit-tempju, xewxu l-poplu kollu, meddew idejhom fuqu 28u bdew jgħajtu: “Nies ta’ Iżrael, agħtuna l-għajnuna! Dan hu r-raġel li qiegħed jgħallem lil kulħadd u kullimkien kontra l-poplu tagħna, kontra l-Liġi u kontra dan il-post#21,28: Kontra dan il-post: it-tempju, biex ma jsemmuhx b’ismu; ara 6,13 u nota Ġw 11,48.! Sa wasal ukoll biex idaħħal il-Griegi fit-tempju u niġġes dan il-post qaddis!”#Eżek 44,7; Atti 6,13; 21,21. 29Għax billi qabel kienu raw lil Trofimu ta’ Efesu miegħu fil-belt, ħasbu li Pawlu kien daħħlu fit-tempju. 30Imbagħad il-belt kollha tqanqlet u n-nies inġabret minn kullimkien; qabdu lil Pawlu, kaxkruh ’il barra mit-tempju u għalqu malajr il-bibien. 31Fittxew li joqtluh, imma l-aħbar waslet għand il-fizzjal kmandant#21,31: Għand il-fizzjal kmandant: litteralment: lit-tribun tal-koorti; fizzjal tal-eżerċtu Ruman li kien jikkmanda t-truppi tal-okkupazzjoni. li Ġerusalemm kollha kienet rewwixta waħda. 32Dan malajr ħa miegħu xi suldati u ċenturjuni#21,32: Suldati u ċenturjuni: ara nota Mk 15,39. u niżel jiġri fuqhom; huma, malli raw il-fizzjal u s-suldati, ma baqgħux isawtu lil Pawlu iżjed. 33Il-fizzjal resaq lejh, qabdu u ordna li jorbtuh b’żewġ ktajjen; imbagħad staqsa min kien u x’kien għamel.#Atti 20,23; 21,11. 34Il-folla bdiet tgħajjat, min ħaġa u min oħra. Billi minħabba l-għajjat ma setax jifhem sewwa x’kien ġara, ordna li jieħdu lil Pawlu fil-fortizza#21,34: Fil-fortizza: il-fortizza Antonja, mibnija minn Erodi l-Kbir fil-kantuniera tal-Grigal tat-tempju, fejn kienu stazzjonati t-truppi Rumani.. 35Xħin waslu f’ras it-taraġ, kellhom jerfgħuh is-suldati minħabba l-qilla tal-poplu; 36għax ġemgħa kbira ta’ nies kienet miexja warajh u tgħajjat: “Oqtluh!”#Lq 23,18; Atti 22,22.
Id-difiża ta’ Pawlu
37Huma u deħlin bih fil-fortizza, Pawlu qal lill-fizzjal: “Nista’ ngħidlek kelma?” Dan qallu: “Mela int taf bil-Grieg? 38Jaqaw int dak l-Eġizzjan li dan l-aħħar qajjem rewwixta u ħa miegħu fid-deżert erbat elef raġel ta' qattagħni#21,38: Raġel ta’ qattagħni: wieħed mill-estremisti kontra l-ħakma Rumana. Kienu jissejħu wkoll Sikarji għax kienu jġibu sikkina fi ħżiemhom biex jaħbtu biha għall-kollaboraturi tar-Rumani.?”#Atti 5,36-37. 39Pawlu wieġeb: “Jiena Lhudi, minn Tarsu taċ-Ċiliċja, ċittadin ta’ belt magħrufa. Nitolbok tħallini nkellem lill-poplu.”#Atti 9,11; 22,3. 40Il-fizzjal ħallieh; u Pawlu, wieqaf f’ras it-taraġ, għamel sinjal b’idu lill-poplu. Waqa’ skiet kbir; u hu mbagħad beda jkellimhom bil-Lhudi.#Atti 12,17; 13,16; 19,33; 26,14.

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 21: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in