ATTI TAL-APPOSTLI 20
20
Kapitlu 20
Il-vjaġġ ta’ Pawlu lejn il-Maċedonja u l-Greċja
1Meta waqaf l-istorbju, Pawlu bagħat għad-dixxipli u ħeġġiġhom bi kliemu, sellmilhom u qabad it-triq għall-Maċedonja. 2Huwa u għaddej minn dawk l-inħawi, kien iħeġġeġ lid-dixxipli b’ħafna kliem. Imbagħad wasal il-Greċja, 3fejn għadda tliet xhur. Meta kien wasal biex jaqbad il-ġifen għas-Sirja, il-Lhud nasbu konfoffa kontra tiegħu, u għalhekk għamel il-ħsieb li jerġa’ lura u jgħaddi mill-Maċedonja. 4Marru miegħu#20,4: Marru miegħu: xi manuskritti jżidu: sal-Asja. Sopatru bin Pirru, minn Berija, Aristarku u Sekundu, it-tnejn minn Tessalonika, Gaju minn Derbi u Timotju, u Tikiku u Trofimu, it-tnejn mill-Asja. 5Dawn telqu qabilna u qagħdu jistennewna fi Troas. 6Aħna tlaqna bil-baħar minn Filippi wara jiem l-Ażżmi, u, wara ħamest ijiem, erġajna ltqajna magħhom fi Troas, fejn qgħadna sebat ijiem.
L-aħħar żjara ta’ Pawlu fi Troas
7Fl-ewwel jum tal-ġimgħa#20,7: L-ewwel jum tal-ġimgħa: Mt 28,1. Mela l-laqgħa saret mal-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd tagħna, għax il-Lhud kienu jqisu l-ġurnata minn filgħaxija sa filgħaxija. nġbarna flimkien biex naqsmu l-ħobż. Pawlu, li kellu jitlaq l-għada, qagħad jitħaddet magħhom u dam jitkellem sa nofs-il-lejl.#Atti 2,42-46. 8Kien hemm ħafna msiebaħ fil-kamra ta’ fuq fejn konna miġbura. 9Wieħed żagħżugħ, jismu Ewtiku, kien bilqiegħda f’ħoġor it-tieqa, u ħadu n-ngħas sewwa, għax Pawlu ġibed fit-tul fi kliemu. Fl-aħħar in-ngħas għelbu u waqa’ għal isfel mit-tielet sular, u refgħuh mejjet. 10Pawlu niżel isfel, tbaxxa fuqu, refgħu f’dirgħajh u qal: “Tibżgħu xejn, għax ruħu għadha fih.”#1 Slat 17,21. 11Imbagħad raġa’ tela’ fuq, qasam il-ħobż u kiel; u ssokta jitkellem magħhom sa ma sebaħ. Imbagħad telaq. 12Lil dak iż-żagħżugħ ħaduh ħaj, u tfarrġu mhux ftit.
Il-vjaġġ minn Troas għal Miletu
13Aħna tlaqna qabel lejn il-ġifen u baħħarna lejn Assos, fejn kellna ntellgħu magħna lil Pawlu, kif konna ftehemna, għax hu ried imur bl-art. 14Wara li ltqajna f’Assos, tellajnieh magħna fuq il-ġifen u wasalna Mitileni. 15L-għada tlaqna minn hemm u wasalna biswit Kijos; il-jum ta’ wara lħaqna Samos, u fil-jum ta’ wara wasalna Miletu; 16għax Pawlu kien qatagħha li jgħaddi ’l barra minn Efesu, biex ma jaħlix żmien fl-Asja#20,16: Fl-Asja: ara nota 16,6., billi kien mgħaġġel ħalli, jekk jista’ jkun, ikun Ġerusalemm għall-festa ta’ Għid il-Ħamsin.
Pawlu jkellem lill-presbiteri ta’ Efesu
17Minn Miletu Pawlu bagħat isejjaħ lill-presbiteri tal-Knisja ta’ Efesu.#Atti 18,21. 18Meta waslu għandu, qalilhom: “Intom stess tafu kif jien ġibt ruħi kemm domt magħkom minn dak inhar li rfist l-ewwel darba fl-Asja,#Atti 18,19; 19,10. 19kif qdejt lill-Mulej bl-umiltà kollha, bid-dmugħ u bit-tiġrib li fih sibt ruħi minħabba t-tnassis tal-Lhud.#Atti 20,3. 20Qatt ma bżajt nurikom dak li hu ta’ fejda għalikom u ngħallimkom kemm fil-beraħ u kemm fid-djar, 21u nwissi lil-Lhud u lill-Griegi li għandhom jindmu u jduru lejn Alla u jemmnu fil-Mulej tagħna Ġesù. 22U issa, araw, jien, imġiegħel mill-Ispirtu, sejjer Ġerusalemm bla ma naf x’se jgħaddi minn għalija hemmhekk.#Atti 19,21. 23Naf biss li l-Ispirtu s-Santu wrieni f’kull belt li hemm jistennewni ħabs u tbatija.#Atti 9,16; 21,4-11. 24Iżda jien lil ħajti xejn ma nqisha għażiża għalija jekk mhux biex intemm il-mixja tiegħi u l-ministeru li ħadt mingħand il-Mulej Ġesù, jiġifieri, li nagħti xhieda tal-Evanġelju tal-grazzja ta’ Alla.#Atti 21,13.
25“U issa jiena naf li intom ilkoll, li fostkom għaddejt inxandar is-Saltna#20,25: Inxandar is-Saltna: is-Saltna ta’ Alla., m’intomx se taraw wiċċi aktar. 26Għalhekk nistqarr quddiemkom illum li jien m’iniex ħati tal-ħsara li tistgħu ġġarrbu;#Atti 18,6. 27għax jien qatt ma bżajt nurikom dak kollu li Alla jrid minnkom. 28Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u tal-merħla kollha li l-Ispirtu s-Santu għamilkom għassiesa tagħha biex tirgħu l-Knisja ta’ Alla#20,28: Ta’ Alla: manuskritti oħra jġibu: tal-Mulej; tal-Mulej u Alla; tal-Mulej Alla; tal-Mulej Ġesù; ta’ Ġesù Kristu; ta’ Kristu. Jidher li l-kopisti kienu qegħdin jippruvaw jinterpretaw il-kliem tal-Appostlu. li hu kiseb b’demmu stess.#1 Pt 5,2. 29Jiena naf li, wara li nitlaq jien, jidħlu fostkom ilpup qalila li lill-merħla ma jaħfruhilhiex.#Mt 7,15; Ġw 10,12. 30U minn fostkom stess għad iqumu xi wħud li jgħallmu dak li hu kontra s-sewwa, bil-ħsieb li jdawru d-dixxipli għal warajhom.#1 Ġw 2,19. 31Għalhekk iftħu għajnejkom, ftakru kif għal tliet snin sħaħ, lejl u nhar, qatt ma waqaft inwissi bid-dmugħ f’għajnejja lil kull wieħed minnkom.#Atti 19,10; 1 Tess 2,11. 32U issa nitlaqkom f’idejn Alla u l-kelma tal-grazzja tiegħu, dik il-kelma li għandha l-qawwa li tibnikom u tagħtikom sehemkom fost dawk li huma kkonsagrati#20,32: Ikkonsagrati: litteralment: qaddisin lilu.#Dt 33,3-4; Għerf 5,5; Atti 26,18. 33Fidda, deheb u lbies ta’ ħaddieħor qatt ma xtaqthom.#1 Sam 12,3; 1 Kor 9,11. 34Intom stess tafu li kienu dawn idejja li ħadmu għall-ħtiġiet tiegħi u ta’ sħabi.#Atti 18,3; 1 Kor 4,12; 1 Tess 2,9. 35F’kollox urejtkom li b’xogħol iebes bħal dan tagħna għandna nieħdu ħsieb ngħinu lil min hu fil-bżonn, waqt li niftakru fi kliem il-Mulej Ġesù li qal, ‘Min jagħti#20,35: Min jagħti …: dan il-kliem ma nsibuh f’ ebda wieħed mill-erba’ Evanġelji; hu meħud mit-tradizzjoni orali. hu aktar hieni minn min jieħu.’ ”#Mt 10,8.
36Kif temm jgħid dan, niżel għarkubbtejh jitlob magħhom ilkoll.#Atti 21,5. 37Imbagħad infexxew ilkoll f’bikja kbira u bdew jgħannqu lil Pawlu u jbusuh.#Atti 21,5; Rum 16,16; 1 Pt 5,14. 38L-aktar li ħassew għax qalilhom li qatt aktar ma kienu se jerġgħu jaraw wiċċu. Imbagħad wassluh sal-ġifen.#Atti 20,25.
Currently Selected:
ATTI TAL-APPOSTLI 20: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

: