Darba kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq,” u minnufih il-lebbra marritlu.