MATTEW 2
2
Kapitlu 2
Iż-żjara tal-maġi
1Meta twieled Ġesù f’Betlehem#2,1: Betlehem: il-belt fejn twieled David li minnu tnissel Ġesù: ara 1 Sam 16,1. tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi#2,1: Maġi: għorrief Babiloniżi li kienu jaqraw il-kwiekeb; astroloġi. mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu:#Lq 1,5; 3,1. 2“Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa#2,2: Kewkba tiegħu tielgħa: jew kewkba tiegħu fil-Lvant., u ġejna nqimuh.” 3Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. 4Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija. 5U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:#Ġw 7,42.
6 ‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda,
le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda,
għax minnek joħroġ mexxej
li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.’ #
2 Sam 5; 1 Kron 11,2; Mik 5,2.
7Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba; 8bagħathom Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.” 9Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa#2,9: Raw tielgħa: jew raw fil-Lvant. bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel.#Mt 2,2. 10Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew. 11Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija, inxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra#2,11: Deheb, inċens u mirra: id-deheb jista’ jfisser kwalità ta’ bħur jew inċens, u hekk ikollna tliet kwalitajiet ta’ inċens tal-Għarabja..#S 72,10-15; Is 60,6; Lq 2,16. 12Imbagħad, billi kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra.
Il-ħarba lejn l-Eġittu
13Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” 14Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, 15u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal,
‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ #
Hos 11,1.
Il-qerda tal-innoċenti
16Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, inkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subien kollha ta’ minn sentejn ’l isfel, skont iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi. 17Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal,
18 ‘F’Rama nstama’ leħen,
biki u lfiq kbir:
Rakel # 2,18: Rakel: mart Ġakobb u omm Ġużeppi u Benjamin: ara Ġen 30,22-24; 35,16-18. tibki lil uliedha
u ma tridx min ifarraġha,
għax ma għadhomx iżjed.’ #
Ġer 31,15.
Lura lejn art Iżrael
19Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu 20u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.”#Eż 4,19. 21Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael. 22Imma billi sama’ li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws#2,22: Arkelaws: bin Erodi l-Kbir. flok Erodi missieru, baża’ jmur hemm. Fuq twissija li kellu fil-ħolm, telaq lejn l-inħawi tal-Galilija,#Mk 1,9; Ġw 1,45-46. 23u mar joqgħod f’belt jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti,
‘Ikun jissejjaħ Nażri.’ #
Mħ 13,5-7; Is 11,1.
Currently Selected:
MATTEW 2: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Foundation, 2020.

: