YouVersion Logo
Search Icon

ĠWANNI 2

2
Kapitlu 2
It-tieġ f’Kana
1Imbagħad fit-tielet jum#2,1: It-tielet jum: Ġwanni jipprova jibni l-ewwel ġimgħa ta’ ħidma ta’ Ġesù. It-tielet jum mil-laqgħa maż-żewġ dixxipli; ara 1,35-42. sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm.#Ġw 4,46. 2Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. 3Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid.” 4U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek#2,4: X’hemm bejni u bejnek?: it-test Grieg żamm idjoma Lhudija; ara Mħ 11,12; 2 Kron 35,21; Mt 8,29; Mk 1,24; 5,7; Lq 4,34; 8,28. Kienet espressjoni biex wieħed jeħles minn xi ħadd li ndaħal bla bżonn jew fejn ma jesgħux., mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.”#Ġw 7,30; 8,20. 5Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu.”#Ġen 41,55. 6Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, imqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru.#Ġw 3,25. 7Ġesù qal lill-qaddejja: “Imlew il-ġarar bl-ilma.” U dawk imlewhom sax-xifer. 8Imbagħad qalilhom: “Issa ħudu minnu u newluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda.” U huma marru jagħtuhulu. 9Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus 10u qallu: “Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb. Imma int l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa.” 11Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali#2,11: L-ewwel wieħed fost is-sinjali: Ġwanni l-mirakli jsejħilhom sinjali għax dawn kienu juru min hu Ġesù u fl-istess ħin jesprimu xi verità rivelata. tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.#Lq 9,32; Ġw 1,14; 4,54; 20,30.
12Wara dan, niżel Kafarnahum, hu, ommu, ħutu#2,12: Ħutu: ara nota Mt 12,46. u d-dixxipli tiegħu, iżda ma qagħdux hemm għal ħafna żmien.#Mt 4,13.
Il-qdusija tat-tempju
(Mt 21,12-13; Mk 11,15-17; Lq 19,45-46)
13Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm.#Ġw 6,4; 11,55. 14Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus#2,14: Min kien bilqiegħda jsarraf il-flus: ara nota Mt 21,12.. 15Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. 16U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” 17Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.’#S 69,10. 18Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” 19Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.”#Mt 26,61; 27,40; Mk 14,58; 15,29; Atti 6,14. 20Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju#2,20: Dan it-tempju…: Erodi, biex jogħġob lil-Lhud u jissodisfa l-passjoni tiegħu għall-bini monumentali, bena mill-ġdid it-tempju ta’ Ġerusalemm u bdieh fis-sena 20 QK. ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?” 21Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu.#1 Kor 6,19. 22Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f’dan li kien qal, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù.#Lq 24,6-8; Ġw 12,16; 14,26.
Ġesù jaf lil kulħadd
23Waqt li kien Ġerusalemm għall-festa tal-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f’ismu billi raw is-sinjali li kien jagħmel.#Ġw 7,31; 11,47-48. 24Imma Ġesù, min-naħa tiegħu, ma kienx jafda fihom, għax hu kien jaf lil kulħadd 25u ma kellux bżonn min jagħtih xhieda fuq il-bniedem, għax hu stess kien jaf x’hemm fil-bniedem.

Currently Selected:

ĠWANNI 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in

YouVersion uses cookies to personalize your experience. By using our website, you accept our use of cookies as described in our Privacy Policy